Diskors ta’ l-Onor. Giovanna Debono, Ministru għal Għawdex, fl-inawgurazzjoni taċ-Ċentru għal Matul il-Jum ‘Santa Marta’ – Rabat Għawdex - 2 ta’ Ġunju, 2009
PR0977
02/06/2009
| Filwaqt li | nagħtikom merħba u nirringrazzjakom tal-preżenza tagħkom għal din l-okkażjoni, nixtieq ukoll nesprimi s-sodisfazzjon tiegħi għal dak li huwa s-sinifikat ta’ din l-inawgurazzjoni. |
| Bħal ma lkoll | tafu, il-Ministeru għal Għawdex jikkoordina xogħlijiet relatati ma ħafna oqsma ekonomiċi u soċjali f’Għawdex. Iżda, rrid ngħid li dejjem żammejna dak relatat mall-persuni b’diżabilita’ u l-familji tagħhom f’Għawdex, fuq quddiem fil-lista tal-prijoritajiet tagħna. |
| Mingħajr ma noqgħod nirrepeti dak li diġà ntqal, | rajna kif matul is-snin, is-servizzi mogħtija mill-Adult Training Centre, żdiedu u ġew imtejba. Fil-fatt, nistgħu ngħidu, li l-ftuħ taċ-ċentru ġdid għal matul il-jum Santa Marta, jissimbolizza wkoll ir-rijorganizzazzjoni tas-servizzi li jingħataw lil persuni b’diżabilità u lill-familji tagħhom f’Għawdex. |
| Għal dan il-għan, matul ix-xogħlijiet li saru | biex jinbena u jiġi mgħammar iċ-ċentru Santa Marta, ittieħdet ukoll in kusiderazzjoni r-rijorganizzazzjoni tat-tmexxija u l-funzjonalità tiegħu. Saru laqgħat ta’ ko-ordinazzjoni bejn il-Ministeru għal Għawdex, professjonisti mill-Isptar Ġenerali ta’ Għawdex u l-Management ta’ l-Adult Training Centre. Permezz ta’ dawn il-laqgħat setgħu jiġu ppjanati aħjar il-faċilitajiet li ser ikun qed joffri iċ-ċentru Santa Marta, kif ukoll aktar effiċjenza fit-tqassim tar-riżorsi. Dan ser ikun qed jassigura, service delivery li verament tilħaq mad-domanda tal-klijenti ta’ dan iċ-ċentru. |
| Fost is-servizzi li ser ikunu qed jingħataw, | ippermettuli nagħmel riferenza għal one-stop-shop li ser ikun qed jiffunzjona minn uffiċċju li jinsab ħdejn l-entratura. Dan l-uffiċċju, li huwa mmexxi flimkien mal-Federazzjoni Għawdxija persuni b’Diżabilità, jippermetti li persuna li tinħtieġ dawn is-servizzi tkun faċilitata billi jonqos l-iskariġġ u tiżdied l-effiċjenza. Iċ-ċentru Santa Marta ser jipprovdi spazju biex dan is-servizz, li kien imwaqqaf madwar sena ilu, jibda jingħata minn uffiċċju aktar adegwat, bl-għajnuna ta’ tagħmir aktar modern. |
| Servizz ieħor ġdid huwa dak tal-Hammett Bath li | ser ikun qed iżid mal-faċilitajiet li qabel kienu jingħataw mill-ATC. Nixtieq hawnhekk personalment nirringrazzja lis-sur Anthony Hammett għall-għajnuna u l-ġenerosità tiegħu, li kienu strumentali biex dan il-banju jiġi nstallat. Il-Hammett bath ser ikun ta’ siwi għal persuni b’diżabilità li għandhom problema ta’ mobilità jew nuqqas ta’ ċirkulazzjoni. Din it-terapija tirrikjedi attenzjoni personali fuq bażi one-to-one u għalhekk ġie maħsub ukoll biex persuna li taħdem ġewwa dan iċ-ċentru, tiġi mħarrġa biex fost affarijiet oħra tkun tista’ tattendi mall-klijenti waqt dawn is-sessjonijiet terrapewtiċi. |
| Servizzi oħra ta’ terapija ser ikunu qed | jingħataw minn terapisiti u professjonisti oħra li jaħdmu fl-Isptar Ġenerali ta’ Għawdex. Dawn is-servizzi ġew ko-ordinati permezz tad-Dipartiment tal-Customer Services fi ħdan il-Ministeru għal Għawdex. |
| Iċ-ċentru għal matul il-jum ‘Santa Marta’, ser | ikun it-tieni dar għal madwar 40 persuna li sa issa kienu regolarment qed jużaw is-servizzi ta’ l-ATC. Persuni, li l-età tagħhom tvarja minn 19-il sena sa ‘l fuq minn 60. Individwi li għandhom abiltajiet diversi u li allura jeħtieġu servizzi u attenzjoni differenti. Nistgħu ngħidu li ċ-ċentru Santa Marta issa huwa attrezzat biex jaqdi l-eżiġenzi ta’ dawn il-klijenti f’ambjent akkoljenti li jinsab qrib iċ-ċentru tal-belt Victoria. |
| Dan ser ikun qed jiffaċilità ukoll il-mobiltà | ta’ dawn l-individwi li issa ser ikunu qrib ta’ aktar servizzi u faċilitajiet bħal ma’ huma l-iskejjel, il-kumpless sportiv u ċ-ċentru kummerċjali. Iċ-ċentru Santa Marta ser ikun qed jifforma parti minn dan iċ-ċentru komunitarju u minnu nnifsu jkun qed jippromwovi l-integrazzjoni f’soċjetà fejn ħadd ma jibqa lura. |
| Minn hawn u ftit ieħor, wara li l-Prim Ministru | jinawgura ċ-ċentru Santa Marta, ser tkunu tistgħu taraw aktar x’ser ikun qed joffri dan iċ-ċentru. Il-kmamar fejn jistgħu iqattgħu l-ħin jitgħalmu ħiliet jew snajja bħal ma’ huma l-kompjuter, xogħol ta’ l-idejn u l-fuħħar. Kmamar oħra għal mistrieħ u oħrajn li jgħinhuhom jiksbu ħiliet biex jgħixu ħajja aktar indipendenti. |
| Jiena nixtieq verament nirringrazzja lil kull | min ta sehemu biex seta’ jinfetaħ iċ-ċentru Santa Marta. |
| L-aħħar kelma | tmur biex nagħtu r-raġuni għaliex ħsibna li dan iċ-ċentru għandu jissemma għal Santa MARTA. Ċentru tal-Adulti għal matul il-jum, immexxi fuq linji moderni, jeħtieġ li jkun programmat b’mod li jtejjeb, anzi jarrikkixxi, l-ħajja ta’ illum għal min imur hemm. |
| Santa Marta, | kif ippreżentata mill-evanġelisti San Luqa (10, 38-42) u San Ġwann (John 11, 12) kienet proprju taqdi dan l-uffiċċju. Kienet toqgħod fir-raħal ta’ Betanja, qrib Ġerusalem, ma ħutha Lażżru u Marija. Ġesù kien ħabib tal-familja u kien sikwit imur hemm – kien iħossu milqugħ. |
| Jirrakkonta | San Luqa kif lil Ġesù u d-dixxipli tiegħu, “Marta laqgħetu d-dar…” Iżda mhux biss, “Marta kienet imħabbta ħafna biex tħejjilhom.” Marta mal-ewwel bdiet tlesti l-ikel għal dawk in-nies kollha. Marta hi għalhekk xbiha perfetta ta’ ħajja ta’ ħidma favur l-oħrajn. |
| Dan hu l-iskop ta’ | dan iċ-Ċentru ta’ Matul il-Jum. Għalhekk dehrilna li kellna nsemmuh proprju għal Santa Marta, li hija wkoll sinonima ma’ l-inħawi fil-qrib ta’ din id-dar. |
| Filwaqt li nawgura li l-għanijiet li għalihom | ġie mwaqqaf jiġu milħuqa, nistieden issa lill-Onor Prim Ministru biex qabel jinawgura uffiċċjalment iċ-ċentru Santa Marta, jekk jogħġbu jagħmel id-diskors tiegħu. |
Grazzi.
DOI – 02.06.2009
Stqarrijiet Oħra:
PR261985
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA U ...
PR261984