DISKORS MILL-ONOR LAWRENCE GONZI, PRIM MINISTRU WAQT IL-FTUĦ TAĊ-ĊENTRU TA’ MATUL IL-JUM “SANTA MARTA”, FIR-RABAT, GĦAWDEX – IT-TLIETA, 2 TA’ ĠUNJU 2009.
PR0976
02/06/2009
528 persuna b’diżabilità tħarrġu mll-ETC. Skemi ġodda għal persuni b’diżabilita’
Mistiedna Distinti Sinjuri
| Huwa ta’ sodisfazzjon għalija li nkun hawn | magħkom illum biex flimkien niftħu dan iċ-ċentru. |
| Iċ-ċerimonja tal-lum hija t-twettieq | tal-valuri li nemmnu fihom. Hija wkoll konferma li meta l-politika tkun imsejsa fuq il-valuri u meta tpoġġi l-bniedem fiċ-ċentru tagħha tkun verament strument li biha tista’ b’mod konkret ittejjeb il-ħajja tan-nies u tas-soċjetà. |
| Is-soċjetà Maltija, bil-valuri li nemmnu | fihom, hi kommessa li tara li l-persuni b’diżabilità jkunu inklużi fi ħdanha mhux biss għax dan hu obbligu morali imma għax nemmu li kull bniedem għandu rwol importanti fis-soċjetà. Irridu li l-persuni b’diżabilità jkunu attiviti fis-soċjetà tagħna u dan jista’ jsir aktar jekk nagħtu edukazzjoni tajba u l-persuni b’diżabilità jkollhom l-għajnuna meħtieġa biex ikunu jistgħu jidħlu fid-dinja tax-xogħol. |
| Il-Gvern qiegħed jinvesti fl-edukazzjoni | inklussiva. Dan l-impenn tagħna huwa frott tal-politika nazzjonali dwar l-edukazzjoni u l-persuni b’diżabilità li kienet ippubblikat il-Kummissjoni Nazzjonali Persuni b’Diżabilità. L-ewwel sentenza li konna għidna f’din il-policy kienet li “l-istudenti bla diżabilità għandhom dritt li jkollhom edukazzjoni mal-persuni b’diżabilità”. U verament nemmen li edukazzjoni inklussiva daqs kemm hi ta’ ġid għall-istudenti b’diżabilità hi ta’ ġid ukoll għall-istudenti kollha. |
| Nemmen li l-edukazzjoni inklussiva mhux biss | tejbet il-kwalità tal-edukazzjoni li l-maġġoranza tal-istudenti b’diżabilità qed jirċievu imma wkoll, forsi aktar importanti, għoliet b’mod ġust l-aspettattivi tagħhom biex meta jsiru adulti jidħlu fid-dinja tax-xogħol bis-sapport li jkollhom bżonn. |
| Hawnhekk nixtieq infaħħar lill-Korporazzjoni | tax-Xogħol u Taħriġ għax-xogħol kollu li qiegħda tagħmel biex tipprovdi dan is-sapport. Mill-2003 tħarrġu 528 persuna b’diżabilità permezz tal-ETC waqt li 479 persuna ngħataw placement ta’ xogħol. Dawn iċ-ċifri juru biċ-ċar l-impenn tal-Gvern lejn l-inklużjoni. |
| F’dan il-każ ukoll, l-għajnuna tal-Unjoni | Ewropea kompliet tejbet il-kwalità tal-ħajja u fetħet aktar opportunitajiet. Permezz ta’ fondi mill-Fond Soċjali Ewropew, is-sena li għaddiet sabu xogħol 61 persuna b’diżabilità. Għal 20, din kienet l-ewwel esperjenza ta’ xogħol għalihom. |
| Il-programmi b’fondi tal-Unjoni Ewropea mhux | se jieqfu hawn, anzi se jiżdiedu. Permezz tal-Employment Aid Programme, programm li ġie mniedi din is-sena, 1,500 persuna żvantaġġjata jew b’diżabilità se jiġu impjegati. B’din l-iskema, minn iħaddem persuni b’diżabilità se jingħata sussidju tal-paga ta’ 75% fl-ewwel sena u 60% fis-sentejn ta’ wara. |
| Minkejja l-enfasi fuq ix-xogħol, jibqa’ | l-fatt li għal numru zgħir ta’ adulti b’diżabilità mhux possibbli għalihom li jidħlu fid-dinja tax-xogħol u għalhekk is-socjetà trid taħseb biex tipprovdilhom alternattivi li jistgħu jkunu ta’ żewġ tipi: impjieg protett dak li bl-Ingliż jissejjaħ sheltered employment jew inkella attivitajiet għal matul il-jum. Hawn ukoll, il-Gvern huwa impenjat li jagħti dan is-sapport. |
| L-Aġenzija Sapport f’Malta u l-Ministeru ta’ | Għawdex, f’Għawdex għandhom l-inkarigu li jipprovdu dawn iż-żewġ servizzi. F’Malta dan il-proġett kien ta’ suċċess b’10 ċentri miftuħa li minnhom jibbenefikaw mal-450 ruħ kuljum. Fil-każ tas-sheltered employed ukoll qed nibbenefikaw mill-fondi u programmi tal-Unjoni Ewropea. L-Aġenzija Sapport se tkun qed tipprovdi xogħol u taħriġ lil 60 persuna b’diżabilità. |
| B’dan l-investiment ta’ dan iċ-Ċentru ġewwa | Għawdex qed nagħtu dan is-servizz lill-Għawdxin ukoll. Dawn is-servizzi se jibdew jiġu pprovduti minn dan iċ-Ċentru mill-aktar modern u skont il-ħtiġijiet speċifiċi li dawn is-servizzi jirrikjedu. Vantaġġ ieħor li dan il-bini li qed jiġi inawguarat illum se joffri hu, li hu ħafna aktar fil-qalba tal-komunità. Hekk l-adulti b’diżabilità li jibbenefikaw minn dawn is-servizzi jkunu jistgħu jagħmlu użu aħjar tal-ħafna riżorsi li jeżistu fil-komunità stess. Dan huwa pass ieħor importanti lejn l-inklussività. |
Sinjuri,
| Dan il-bini ġdid irid ikun simbolu tar-rikonoxximent | li l-Gvern irid jagħti lill-familjari tal-persuni b’diżabilità. U hawn irrid minn qalbi mhux biss insellem, imma f’isem il-pajjiż kollu nirringrazzja lill-ġenituri u lill-familjari għax-xogħol u s-sagrifiċċji kollha li jagħmlu għal uliedhom u l-qraba tagħhom b’diżabilità. Nixtieq ukoll nirringrazzja lill-ħaddiema kollha li joffru l-imħabba u d-dedikazzjoni tagħhom. Intom kollha tagħmluna kburin li aħna Maltin u intom prova ċara tal-valuri li nħaddnu. |
| Huwa għalhekk ta’ unur għalija li qiegħed | hawn illum għax il-politika ngħaqdet mal-imħabba u l-għożża tas-soċjetà Maltija biex flimkien nipprovdu aktar servizzi lill-persuni b’diżabilità. |
DOI – 02.06.2009
Stqarrijiet Oħra:
PR261985
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA U ...
PR261984