IL-MINISTRU CRISTINA TIFRAĦ LIL WILLIAM CHETCUTI
PR0973
02/06/2009
| Il-Ministru tal-Edukazzjoni, Kultura, | Żgħażagħ u Sport, l-Onor. Dolores Cristina, ingħaqdet mas-Segretarju Parlamentari għaż-Żgħażagħ u Sports, l-Onor. Clyde Puli biex ferħet lil William Chetcuti, l-atleta Malti li rebaħ l-ewwel midalja tad-deheb fil-Logħob tal-Pajjiżi ż-Żgħar li qed isir f’Ċipru f’dawn il-ġranet. |
| F’messaġġ qasir, il-Ministru Cristina qalet | li dan l-atleta mudell, bir-rebħa tiegħu mhux biss kompla jgħolli l-isem ta’ Malta u ismu, iżda qed iservi bħala eżempju għal żgħażagħ oħra biex jitħajjru jieħdu l-isport bis-serjeta’. |
| Il-Ministru awgurat lill-membri | tal-kontinġent Malti f’Ċipru li jkollhom prestazzjoni tajba u jagħmlu unur lil pajjiżna u lill-Federazzjonijiet rispettivi tagħhom. |
DOI – 02.06.09
Stqarrijiet Oħra:
PR261985
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA U ...
PR261984