Is-Segretarju Parlamentari Clyde Puli jifraħ lit-tiratur Malti William Chetcuti, għall-ewwel midalja tad-deheb fil-logħob tal-Pajjiżi ż-Żgħar f’Ċipru
PR0972
02/06/2009
| Is-Segretarju | Parlamentari għaż-Żgħażagħ u Sport, l-Onor. Clyde Puli, f’kuntatt telefoniku, feraħ lit-tiratur Malti William Chetcuti, ftit minuti biss wara li rebaħ l-ewwel midalja tad-deheb għal Malta fil-logħob tal-Pajjiżi ż-Żgħar ta’ l-Ewropa li qed isiru f’Ċipru. |
| William Chetcuti huwa atleta li t-taħriġ tiegħu | huwa ffinanzjat mill-Gvern. Fil-fatt, Chetcuti huwa impjegat tal-Kunsill Malti għall-Isport u l-ħin tax-xogħol tiegħu jqattgħu kollu f’taħriġ fid-dixxiplina sportiva tiegħu. |
| Dan | minbarra assistenza finanzjarja u mod ieħor li tgħaddi għand il-Kumitat Olimpiku u l-Federazzjoni tal-Isparar biex jgħin fl-iżvilupp tekniku u t-taħriġ tiegħu. |
DOI – 02.06.09
Stqarrijiet Oħra:
PR261985
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA U ...
PR261984