Left arrow Mur Lura

AVVIŻ  MILL-KUMMISSJONI ELETTORALI      ELEZZJONI GĦALL-MEMBRI PARLAMENTARI EWROPEJ U ELEZZJONIJIET GĦALL-KUNSILLI LOKALI  -  6 TA’ ĠUNJU 2009

PR0970
Date Icon 02/06/2009

Tqassim ta’ Dokumenti għall-Votazzjoni

Kif diga’ tħabbar,il-Kummissjoni Elettorali  qegħda tqassam id-dokumenti  għall-votazzjoni li fadal mill-Uffiċċju tagħha l-Belt Valletta  u,  għall-votanti  reġistrati  f’Għawdex,  mill-Uffiċċju tal-Karta tal-Identita’,  fir-Rabat,  Għawdex.
Il-Kummissjoni Elettoralititlob il-kooperazzjoni tal-pubbliku biex:

a.         dawk il-votanti li ma jifilhux jimxu,  jitwasslu b’karozza privata sal-Uffiċċju Elettorali, Evans Building, il-Belt Valletta.   Il-Kummissjoni Elettorali titlob li f’dawn il-kazi,  barra l-votant u x-xufier tal-karozza jkun hemm persuna oħra biex,  wara li l-karozza twaqqaf viċin Evans Building,  din il-persuna tkun tista’ tidhol bl-karta tal-Identita’ tal-votant u turi lill-Kummissjonarji fejn  tkun ipparkjata l-karozza bil-votant biex  jingħatalu l-vot. 

b.             L-istess servizz jingħata lill-votanti f’Għawdex li ma jkunux jifilħu joħorgu mill-karozza privata ħdejn l-Uffiċċju tal-Karta tal-Identita’, 28A, Pjazza San Frangisk,  r-Rabat, Għawdex. 

c.            Fejn hemm kazi ta’ votanti anzjani jew morda li ma jistgħux jitwasslu biex jiġbru d-dokument, il-Kummissjonarji jagħmlu  sforz biex iwassluhulom huma stess fid-djar. Għal dan il-għan, il-Kummissjoni Elettorali titlob li xi qarib ta’ dawn il-votanti  għandu  jmur jew iċempel  l-Uffiċċju Elettorali  fuq 25583300  biex jagħti d-dettalji meħtiega. Il-Kummissjoni Elettorali titlob il-kooperazzjoni  tal-pubbliku  biex  jagħmel  uzu  ta’  dan  is-servizz  biss  fejn  hu  assolutament  necessarju. 

Il-Kummissjoni Elettoralitfakkar ukoll  li kull  min irid  jigbor  id-dokument  għall-votazzjoni  jrid  bilfors  jipprezenta  l-karta tal-identita’.
Fl-aħħarnett  il-KummissjoniElettorali  tfakkar  ukoll li hemm servizz ta’  trasport pubbliku  (nru. 198 minn  Bieb il-Belt, Valletta,  li jgħaddi  sewwa sew minn quddiem Evans Building  u jkompli  għall-Bieb il-Belt.
Mingħajr  id-dokumentgħall-votazzjoni,  ħadd ma jkun jista’  jivvota nhar jum il-votazzjoni,  s-Sibt 6 ta’  Ġunju, 2009.

www.electoral.gov.mt

DOI  - 02.06.2009

Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA U MILL-MINISTERU GĦALL-POLITIKA SOĊJALI U L-FAMILJA   Aktar għarfien dwar is-saħħa mentali fost it-tfal

PR261985

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA U ...

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU  Il-Prim Ministru Robert Abela jippresjedi l-iffirmar ta’ tliet ftehimiet kollettivi għal madwar 1,700 ħaddiem

PR261984

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU Il-Prim Ministru Robert Abela ji...

Aktar Stqarrijiet Right arrow