3,632 omm mistennija jgawdu minn tal-anqas sena mingħajr taxxa
PR0969
02/06/2009
| 3,632 omm huma mistennija jgawdu mill-inċentiv | imħabbar fil-budget li għadda fejn l-ommijiet li jerġgħu jidħlu lura għax-xogħol wara li jkollhom it-tfal, se jgawdu minn sena ma jħallsux taxxa. Din l-iskema mistennija tfisser €3.5miljun f’taxxi ffrankati lill-ommijiet Maltin u Għawdxin. |
| L-ommijiet li jidħlu lura għax-xogħol u jkollhom | iħallsu ammont f’taxxa li huwa anqas minn €2,000 jistgħu jgawdu mid-differenza s-sena ta’ wara. Dan ifisser li jekk mara tkun taxxabbli biss €1,000 fl-ewwel sena, tkun tista’ tagħmel użu mill-€1,000 l-oħra fis-sena ta’ wara. B’hekk tkun għamlet total ta’ sentejn ma tħallasx taxxa. |
| Għal dawk l-ommijiet impjegati li t-taxxa | tagħhom taqbeż l-€2,000 fl-ewwel sena li tidħol lura għax-xogħol, l-omm se tkun eżenti mill-ammont kollu ta’ taxxa dovut minnha u mhux se jkun hemm limitu fuq il-kreditu għal dik is-sena. |
| Dan ifisser li omm impjegata li teħel taxxa ta’ | €5,000 tista’ tagħżel tax credit sħiħ u ma tħallas ebda taxxa. Madankollu, f’każ ta’ omm li d-dħul tagħha jkun minn impjieg għal rasha u li tagħżel il-full tax credit, il-kreditu se jkun sa massimu ta’ €5,000. |
| Fil-ġimgħa li ġejja kull min jidher li jista’ | jkun eliġibbli se tasallu ittra b’aktar informazzjoni u formola apposta biex timtela’ u tintbagħat mal-formola tat-taxxa. Min jaħseb li hu eliġibbli u ma jirċivihiex, huwa mitlub jagħmel kuntatt mad-Dipartiment tat-Taxxi Interni. |
| Il-Ministru Tonio Fenech qal li din l-eżenzjoni | tibni fuq skemi simili li l-Gvern kellu fis-snin li għaddew u tkompli jirrikonoxxu r-rwol tal-ommijiet fis-soċjetà u jagħtu inċentiv ieħor għall-integrazzjoni ulterjuri tan-nisa fid-dinja tax-xogħol. Dan huwa essenzjali biex ngħollu r-rata ta’ parteċipazzjoni tan-nisa fid-dinja tax-xogħol f’pajjiżna kif ukoll biex l-ekonomija tal-pajjiż tkun tista’ tkompli tikber u tiġġenera aktar ġid. |
DOI – 02.06.2009
Other Press Releases:
PR261985
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA U ...
PR261984