Left arrow Mur Lura

Stqarrija mill-Ministeru ghall-Infrastuttura, Trasport u Komunikazzjoni

PR0967
Date Icon 01/06/2009
Il-GWU tagħżel li tinjora l-ispjegazzjonijiettekniċi kollha li ngħataw diġa’
Il-Gvern hu kommess li tingħalaq il-PowerStation tal-Marsa. Għal dan il-għan inħareġ it-tender biex jinbena mpjant ġdid ta’ 140MW f’Delimara. Dan żgur qiegħed isir fl-interess tal-ambjent u tas-saħħa tal-Maltin. Impjant aktar ġdid, teknoloġija aktar effiċjenti, u sistemi biex it-trab iġġenerat ma jibqax jintrema fl-arja miċ-ċmieni, iżda jinġabar u jiġi esportat,  huma b’riżq is-saħħa u l-ambjent.
Huma raġunijiet purament partiġġjani li jħajjrulill-General Workers’ Union biex, jitkellmu f’isem teknoloġija li tiswa aktar flus flok waħda li tissodisfa r-rekwiżiti ambjentali b’anqas flus.
Kif kien diġa’ spjegat kemm-il darba, l-impjantli ser jimbena f’Delimara hu mgħammar bl-aħħar teknoloġija, u jikkonsisti f’miżuri favur l-ambjent. Fil-fatt l-iskart prodott waqt il-ġenerazzjoni ta’ l-elettriku se jkun miġbur permezz ta’ filtri apposta, maħżun f’kaxxi riċiklati u mibgħut barra.
Tajjeb li wieħed jgħid li danil-proċess kollu diġa’ ttieħed in konsiderazzjoni fit-tender li ngħata lil BWSC u b’din il-konsiderazzjoni b’kollox, it-total xorta hu l-irħas wieħed mit-tliet offerti mitfugħa.
L-impenn tal-Gvern li jżomml-emmissjonijiet skont standards ambjentalment aċċettabbli, mhix xi slogan imma hija obbligu legali internazzjonali, li ġej mill-qbil fost il-membri kollha ta’ l-UE u anke madwar id-dinja. Hu għalhekk li l-impjant il-ġdid ta’ Delimara se jkun kompatibbli ma’ l-istandards ambjentali Ewropej u l-emmissjonijiet se jkunu skont dak li tippermetti l-ligi.
Sal-ġurnata tal-lum, l-ebdapajjiż fid-dinja ma jista’ jgħaddi mingħajr żjut għall-enerġija. Kull pajjiż għandu taħlita ta’ sorsi ta’ enerġija u l-viżjoni tal-Gvern biex ikollu l-windfarms u l-pjani għall-proġett ta’ l-interconnector ma’ l-Ewropa, li se jgħinna nixtru l-elettriku b’mod aktar nadif, taħseb biex Malta wkoll tilħaq il-miri stabbiliti biex jitnaqqsu l-emmissjonijiet.
Il-bord ta’ l-aġġudikazzjoni, lifuqu kien hemm l-esperti tekniċi kollha kif ukoll iċ-Chairperson tal-Kumitat għat-tibdil fil-klima, għażel dan il-kuntratt għax hu vijabbli kemm ekonomikament, kif ukoll jirrispetta l-obbligi legali dwar l-emmissjonijiet.

DOI – 01.06.2009

Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA U MILL-MINISTERU GĦALL-POLITIKA SOĊJALI U L-FAMILJA   Aktar għarfien dwar is-saħħa mentali fost it-tfal

PR261985

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA U ...

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU  Il-Prim Ministru Robert Abela jippresjedi l-iffirmar ta’ tliet ftehimiet kollettivi għal madwar 1,700 ħaddiem

PR261984

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU Il-Prim Ministru Robert Abela ji...

Aktar Stqarrijiet Right arrow