Left arrow Go Back

Tkompli titħaddem il-politika ta’ devoluzzjoni tal-Gvern għall-ġid tar-residenti fl-Ibliet u l-irħula

PR0964
Date Icon 01/06/2009
Tkompli titħaddemil-politika ta’ devoluzzjoni tal-Gvern għal-ġid tar-residenti fl-ibliet u l-irħula.
Permezz ta’ ftehim ta’ devoluzzjoni bejnil-Gvern u l-Kunsill Lokali ta’ Victoria Għawdex, il-Ġnien fi Triq Taħt Putirjal kantuniera ma’ Triq Salvatore Psaila, issa għadda f’idejn l-istess Kunsill Lokali biex jiġi żviluppat għall-ġid tar-residenti kif ukoll tal-viżitaturi tal-lokal.  Dan il-ftehim ġie ffirmat illum fil-preżenza tas-Segretarju Parlamentari għall-Erarji Pubbliċi u Artijiet, l-Onor. Jason Azzopardi flimkien mas-Segretarju Parlamentari għall-Konsultazzjoni Pubbliku u Informazzjoni, l-Onor. Chris Said.
DrAzzopardi qal li huwa dejjem ta’ sodisfazzjon li l-Gvern jgħin b’mod konkret permezz ta’ devoluzzjonijiet bħal dawn, għax dan ifisser iktar ġid fil-komunitajiet tagħna.  Huwa qal illi proġetti u inizjattivi tal-Kunsilli Lokali huma dejjem inkoraġġiti għax juru ħeġġa biex titjieb il-kwalita’ tal-ħajja fl-irħula tagħna.  Dr Azzopardi semma kif il-ġimgħa li għaddiet shelter ta’ żmien il-Gwerra għadda għand il-Kunsill Lokali ta’ Ħal Tarxien permezz ta’ Att ta’ Kurazija, biex jiġi żviluppat f’attrazzjoni Turistika.  Dan huwa eżempju perfett ta’ użu sostenibbli tal-proprjeta’ f’pajjiżna.
DrAzzopardi saħaq illi l-Gvern jinkoraġġixxi inizjattivi bħal dawn, u dan jaghmlu b’mod konkret.  Għalhekk tajjeb li wieħed isemmi kif il-Kunsill Lokali tal-Victoria ser iħallas ammont ridott ferm ta’ kirja annwali għal dan il-ġnien, minn dik li l-Gvern seta’ jdaħħal kieku krieh b’mod kummerċjali.  Id-differenza bejn il-valur kummerċjali u dak li ser iħallas il-Kunsill tal-Victoria għall-gnien li jestendi ghal 4,683 metru kwadru, ser tkun ta’ mhux anqas minn €18,750 fis-sena.  Il-Gvern jemmen li dawn il-flus mhux ser ikunu mitlufa, iżda ser ikunu investiti fil-kwalita’ tal-ħajja tar-residenti.
DrChris Said min-naħa tiegħu stqarr li d-devoluzzjoni ta’ din il-playing field/ġnien hija sinjifikanti anke għaliex huwa mportanti li l-Kunsill Lokali tal-belt kapitali ta’ Għawdex ikun responsabbli minn spazji ta’ rikreazzjoni u ta’ mistrieħ, f’lokalità fejn l-attività u r-rittmu fuq kull livell  għaddejjin b’pass imgħaġġel.  Ir-Rabat hi l-lokalità f’Għawdex li tattira l-iktar nies f’kull ħin tal-ġurnata, allura spazji fejn wieħed jista’ jsib il-kwiet u postijiet ta’ mistrieħ huma essenzjali.
“Il-viżjoni tal-Gvern lejn lokalitajietsostenibbli hi li l-Kunsilli Lokali jkollhom il-funzjoni specifika li jħarsu l-ambjent tal-lokalità, kemm dak rurali kif ukoll dak urban. Irridu li l-poplu tagħna jgħix f’ambjent aħjar, b’sensittivita’ akbar lejn dak li hu ta’ ġid għall-ambjent ta’ madwarna u għas-saħħa tagħna”, saħaq Chris Said.


DOI – 01.06.2009

Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA U MILL-MINISTERU GĦALL-POLITIKA SOĊJALI U L-FAMILJA   Aktar għarfien dwar is-saħħa mentali fost it-tfal

PR261985

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA U ...

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU  Il-Prim Ministru Robert Abela jippresjedi l-iffirmar ta’ tliet ftehimiet kollettivi għal madwar 1,700 ħaddiem

PR261984

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU Il-Prim Ministru Robert Abela ji...

More Press Releases Right arrow