Stqarrija mill-Ministeru tal-Finanzi, l-Ekonomija u Investiment
PR0958
31/05/2009
| Il-kwistjoni tal-VAT fuq il-mediċinali u | t-tilqim |
| B’referenza | gћal dak li ntqal fil-jiem li gћaddew dwar il-VAT fuq it-tilqim, il-Gvern jiċċara, li fid-dawl tal-kisba li pajjiżna rnexxilu jagћmel ix-xahar li gћadda, meta rnexxilu jinnegozja li, b’mod indefinit, jista’ jibqa’ ma jiċċarġjax VAT fuq l-ikel u l-mediċini, bћalissa gћaddej b’reviżjoni tal-lista tal-mediċini kollha li jaqghu taћt din id-deroga, inkluż fosthom it-tilqim. |
| Il-Kummissjoni Ewropea kkonfermat li, grazzi | gћall-fatt li l-Gvern irnexxilu jinnegozja d-dritt li ma jimponix VAT fuq l-ikel u l-mediċini, Malta gћandha l-gћażla, anke fil-każ tat-tilqim, li ma timponi ebda VAT, li tapplika rata mnaqqsa ta’ VAT, jew anke li tapplika r-rata normali ta’ VAT, jiġifieri ta’ 18%. |
| Fuq | l-istess suġġett, tajjeb ikun irrimarkat gћall-korrettezza tal-fatti li Ċipru, li kien qed jissemma’ regolarment f’dan il-kuntest, m’gћandux id-dritt li japplika rata ta’ 0% ta’ VAT fuq l-ikel u l-mediċini b’mod indefinit bћal ma’ Malta kisbet ix-xahar li gћadda. |
| DOI – | 31.05.2009 |
Stqarrijiet Oħra:
PR261985
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA U ...
PR261984