Left arrow Go Back

Stqarrija  mill-Ministeru tal-Finanzi, l-Ekonomija u Investiment

PR0958
Date Icon 31/05/2009
Il-kwistjoni tal-VAT fuq il-mediċinali ut-tilqim
B’referenzagћal dak li ntqal fil-jiem li gћaddew dwar il-VAT fuq it-tilqim, il-Gvern jiċċara, li fid-dawl tal-kisba li pajjiżna rnexxilu jagћmel ix-xahar li gћadda, meta rnexxilu jinnegozja li, b’mod indefinit, jista’ jibqa’ ma jiċċarġjax VAT fuq l-ikel u l-mediċini, bћalissa gћaddej b’reviżjoni tal-lista tal-mediċini kollha li jaqghu taћt din id-deroga, inkluż fosthom it-tilqim.
Il-Kummissjoni Ewropea kkonfermat li, grazzigћall-fatt li l-Gvern irnexxilu jinnegozja d-dritt li ma jimponix VAT fuq l-ikel u l-mediċini, Malta gћandha l-gћażla, anke fil-każ tat-tilqim, li ma timponi ebda VAT, li tapplika rata mnaqqsa ta’ VAT, jew anke li tapplika r-rata normali ta’ VAT, jiġifieri ta’ 18%.
Fuql-istess suġġett, tajjeb ikun irrimarkat gћall-korrettezza tal-fatti li Ċipru, li kien qed jissemma’ regolarment f’dan il-kuntest, m’gћandux id-dritt li japplika rata ta’ 0% ta’ VAT fuq l-ikel u l-mediċini b’mod indefinit bћal ma’ Malta kisbet ix-xahar li gћadda.
DOI –31.05.2009
Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA U MILL-MINISTERU GĦALL-POLITIKA SOĊJALI U L-FAMILJA   Aktar għarfien dwar is-saħħa mentali fost it-tfal

PR261985

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA U ...

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU  Il-Prim Ministru Robert Abela jippresjedi l-iffirmar ta’ tliet ftehimiet kollettivi għal madwar 1,700 ħaddiem

PR261984

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU Il-Prim Ministru Robert Abela ji...

More Press Releases Right arrow