Is-Segretarju Parlamentari għaż-Żgħażagħ u Sport jawgura suċċess lill-kontinġent Malti li se jieħu sehem fil-logħob tal-pajjiżi ż-żgħar f’Ċipru
PR0957
31/05/2009
| Kmieni il-Ħadd | wara nofsinhar ħalla Malta l-kontinġent Malti li se jkun qed jieħu sehem fil-logħob tal-pajjiżi ż-żgħar li ser jinżammu f’Ċipru bejn għada u nhar is-Sibt li ġej. B’kollox f’dawn il-logħob Malta ser tkun rappreżentata minn total ta’ 90 atleta fi 11-il dixxiplina sportiva. |
| Is-Segretarju Parlamentari għaż-Żgħażagħ u | Sport, Clyde Puli, iltaqa’ mal-atleti u l-membri tal-kontinġent Malti fl-Ajruport Internazzjonali ta’ Malta ftit qabel ħallew Malta lejn Ċipru. Huwa awguralhom suċċess filwaqt li saħaq li Malta se tkun kburija bihom ikun xi jkun ir-riżultat miksub. |
| Clyde Puli tenna li l-għajnuna li qed tingħata | mill-Gvern lill-Moviment Olimpiku Malti mhix indirizzata għar-rebħ tal-midalji imma biex dawn l-atleti jiżviluppaw il-ħiliet sportivi tagħhom. Dan iservi ta’ ġid kemm għalihom personali kif ukoll għall-isport inġenerali. |
| B’kollox matul is-sena li għaddiet il-Gvern | investa s-somma ta’ €748,000, f’assistenza finanzjarja lill-Moviment Olimpiku Malti. Din l-għajnuna kienet tikkonsisti f’€362,000 f’għajnuna finanzjarja diretta lill-Kumitat Olimpiku Malti, filwaqt li €386,000 oħra ngħataw lill-assoċjazzjonijiet involuti fl-Isport Olimpiku. |
| Dan minbarra eluf ta’ Euro oħra f’assistenza li | l-Moviment Olimpiku irċieva mingħand il-Good Causes Fund, il-Ministeru ta’ l-Edukazzjoni, l-Awtorità Maltija tat-Turiżmu u l-linja nazzjonali ta’ l-Ajru l-Air Malta. |
| Barra minhekk għaqdiet sportivi fil-Moviment | Olimpiku u l-Kumitat Olimpiku nnifsu gawdew minn skemi oħra ta’ assistenza fosthom billi magħhom ġew assenjati ħaddiema tal-Gvern li baqgħu jitħallsu mill-Gvern; gawdew minn sussidju fuq investiment kapitali. Gawdew ukoll mill-iskema 20/20 sport training leave li permezz tagħha atleti li jaħdmu mas-settur pubbliku, ibbenefikaw minn massimu ta’ 20 siegħa leave bi ħlas fil-ġimgħa biex setgħu jippreparaw għal dan il-logħob. |
| Dan minbarra li l-membri kollha tal-kontinġent | Malti, inkluż l-uffiċjali, kowċis u l-istaff mediku li jaħdmu fis-settur pubbliku ser ikunu qed jibbenefikaw minn leave bi ħlas waqt li jkunu f’Ċipru. |
| Din l-edizzjoni tal-logħob se tkun it-tlettax-il | edizzjoni, liema logħob ilhom isiru sa mis-sena 1985. Żewġ edizzjonijiet mit-tlettax kienu ttellgħu Malta, l-ewwel fl-1993 u t-tieni darba fis-sena 2003. |
DOI – 31.05.2009
Stqarrijiet Oħra:
PR261985
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA U ...
PR261984