IL-MINISTERU TAL-AFFARIJIET BARRANIN IPPARTEĊIPA F`720 LAQGĦA RELATATI MAL-UNJONI EWROPEA MIS-SĦUBIJA ’L HAWN
PR0956
31/05/2009
| L-irwol tal-Ministeru tal-Affarijiet Barranin | inbidel b`mod sostanzjali minn meta Malta ssieħbet fl-Unjoni Ewropea. Fl-ewwel ħames snin mis-sħubija, uffiċjali tal-Gvern Malti fi ħdan il-Ministeru tal-Affarijiet Barranin attendew mhux inqas minn 720 laqgħa fi ħdan l-istituzzjonijiet Ewropej fuq materji relatati mal-politika barranija ta` Malta vis-a-vis l-Unjoni Ewropea u pajjizi terzi. |
| F`dawn l-aħħar ħames snin, il-Ministeru | tal-Affarijiet Barranin iffirma madwar 100 ftehim fuq temi diversi, kif ukoll 21 arranġament ta` ħelsien minn tassazzjoni doppja ma’ daqstant pajjiżi. Fir-rigward tat-tisħiħ tar-relazzjonijiet kummerċjali, il-Ministeru tal-Affarijiet Barranin organizza għaxar delegazzjonijiet kummerċjali, fejn intraprendituri Maltin esploraw opportunitajiet ta` investiment ma` intraprendituri barranin. |
| Il-Ministeru tal-Affarijiet Barranin laqqa` | wkoll f`Malta il-Konsli Onorarji li għandha Malta madwar id-dinja, fejn dawn ingħataw informazzjoni dwar l-opportunitajiet li joffri pajjiżna bil-għan li jissaħħu l-oqsma prinċipali li poġġa` l-Gvern ghal Viżjoni 2015. |
| F`dawn l-aħħar ħames snin, ġew mgħejjuna 4,000 | Malti li żaru l-Ambaxxati Maltin barra minn Malta u saru ‘l fuq minn 35,000 kuntatt bejn ċittadini Maltin li jaħdmu jew jgħixu barra mal-Ambaxxati jew konsolati. |
| Żaru Malta wkoll madwar 100 diplomatiku u | politiku barrani għal-laqgħat mal-Gvern Malti, fosthom Kummissarji tal-Unjoni Ewropea u Ministri. Il-Ministeru tal-Affarijiet Barranin iffaċilita t-tqassim ta` 64 borża ta` studju, iffinanzjati minn pajjiżi terzi. |
| Din l-istatistika hija konferma tas-sehem attiv | li kellu pajjiżna fl-Unjoni Ewropea fl-ewwel 5 snin mis-sħubija tiegħu, sostna l-Viċi Prim Ministru u Ministru tal-Affarijiet Barranin, Dr Tonio Borġ. Il-Ministru Borg stqarr li pajjiżna llum huwa wiehed mill-istati membri tal-Unjoni Ewropea, li minkejja ċ-ċokon tieghu, huwa attur ewlieni fit-teħid tad-deċiżjonijiet li jaffetwawna ta’ kuljum. |
DOI – 31.05.2009
Stqarrijiet Oħra:
PR261985
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA U ...
PR261984