Left arrow Go Back

IL-MINISTERU TAL-AFFARIJIET BARRANIN IPPARTEĊIPA F`720 LAQGĦA RELATATI MAL-UNJONI EWROPEA MIS-SĦUBIJA ’L HAWN

PR0956
Date Icon 31/05/2009
L-irwol tal-Ministeru tal-Affarijiet Barranininbidel b`mod sostanzjali minn meta Malta ssieħbet fl-Unjoni Ewropea. Fl-ewwel ħames snin mis-sħubija, uffiċjali tal-Gvern Malti fi ħdan il-Ministeru tal-Affarijiet Barranin attendew mhux inqas minn 720 laqgħa fi ħdan l-istituzzjonijiet Ewropej fuq materji relatati mal-politika barranija ta` Malta vis-a-vis l-Unjoni Ewropea u pajjizi terzi.
F`dawn l-aħħar ħames snin, il-Ministerutal-Affarijiet Barranin iffirma madwar 100 ftehim fuq temi diversi, kif ukoll 21 arranġament ta` ħelsien minn tassazzjoni doppja ma’ daqstant pajjiżi. Fir-rigward tat-tisħiħ tar-relazzjonijiet kummerċjali, il-Ministeru tal-Affarijiet Barranin organizza għaxar delegazzjonijiet kummerċjali, fejn intraprendituri Maltin esploraw opportunitajiet ta` investiment ma` intraprendituri barranin.
Il-Ministeru tal-Affarijiet Barranin laqqa`wkoll f`Malta il-Konsli Onorarji li għandha Malta madwar id-dinja, fejn dawn ingħataw informazzjoni dwar l-opportunitajiet li joffri pajjiżna bil-għan li jissaħħu l-oqsma prinċipali li poġġa` l-Gvern ghal Viżjoni 2015.
F`dawn l-aħħar ħames snin, ġew mgħejjuna 4,000Malti li żaru l-Ambaxxati Maltin barra minn Malta u saru ‘l fuq minn 35,000 kuntatt bejn ċittadini Maltin li jaħdmu jew jgħixu barra mal-Ambaxxati jew konsolati.
Żaru Malta wkoll madwar 100 diplomatiku upolitiku barrani għal-laqgħat mal-Gvern Malti, fosthom Kummissarji tal-Unjoni Ewropea u Ministri. Il-Ministeru tal-Affarijiet Barranin iffaċilita t-tqassim ta` 64 borża ta` studju, iffinanzjati minn pajjiżi terzi.
Din l-istatistika hija konferma tas-sehem attivli kellu pajjiżna fl-Unjoni Ewropea fl-ewwel 5 snin mis-sħubija tiegħu, sostna l-Viċi Prim Ministru u Ministru tal-Affarijiet Barranin, Dr Tonio Borġ. Il-Ministru Borg stqarr li pajjiżna llum huwa wiehed mill-istati membri tal-Unjoni Ewropea, li minkejja ċ-ċokon tieghu, huwa attur ewlieni fit-teħid tad-deċiżjonijiet li jaffetwawna ta’ kuljum.

DOI – 31.05.2009

Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA U MILL-MINISTERU GĦALL-POLITIKA SOĊJALI U L-FAMILJA   Aktar għarfien dwar is-saħħa mentali fost it-tfal

PR261985

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA U ...

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU  Il-Prim Ministru Robert Abela jippresjedi l-iffirmar ta’ tliet ftehimiet kollettivi għal madwar 1,700 ħaddiem

PR261984

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU Il-Prim Ministru Robert Abela ji...

More Press Releases Right arrow