Is-Segretarju Parlamentari għaż-Żgħażagħ u Sport, Clyde Puli, jindirizza l-konferenza "Il-ParteĊipazzjoni taŻ-ŻgĦaŻagĦ fl-Unjoni Ewropea", organizzata mis-Segretarjat Parlamentari għaż-Żgħażagħ u Sport flimkien mal-EUROPEAN UNION PROGRAMMES AGENCY (EUPA)
PR0954
30/05/2009
| “Is-sodisfazzjon tagħna mhuwiex biss li naraw | numru akbar ta’ żgħażagħ jipparteċipaw fil-programmi tal-Unjoni Ewropea, imma wkoll li naraw iż-żgħażagħ jieħdu sehem attiv f’attivitajiet li jsiru fuq skala nazzjonali kif ukoll internazzjonali. B’dan il-mod inkunu qed ninvestu f’ġenerazzjoni futura li tkun kapaċi tressaq ’l quddiem l-interessi ta’ pajjiżna u twassal biex inkomplu ngawdu mill-ħafna opportunitajiet li jfeġġu minn żmien għal ieħor.” |
| Dan qalu s-Segretarju Parlamentari għaż-Żgħażagħ | u Sport, Clyde Puli, waqt konferenza bit-tema “Il-Parteċipazzjoni Attiva taż-Żgħażagħ fl-Unjoni Ewropea”, organizzata mis-Segretarjat Parlamentari għaż-Żgħażagħ u Sport flimkien mal-EUPA. |
| Din il-Konferenza saret fi żmien meta qed | jitfakkar il-ħames anniversarju mid-dħul ta’ Malta fl-Unjoni Ewropea. Din il-konferenza saret bl-għan li jkompli jitkabbar l-għarfien tal-programmi Ewropej biex tkun assigurata aktar parteċipazzjoni miż-żgħażagħ Maltin. Is-Segretarju Parlamentari saħaq li ż-żgħażagħ Maltin dejjem appoġġjaw l-ideal tas-sħubija ta’ Malta fl-Unjoni Ewropea. Dan għaliex dejjem emmnu li l-Unjoni Ewropea toffri opportunità ta’ spazju fejn jistgħu jimirħu u jisfruttaw l-istess opportunitajiet li jgawdu minnhom iż-żgħażagħ tal-familja Ewropeja. |
| Clyde Puli qal li permezz tal-programm ta’ | l-Unjoni Ewropea, Youth in Action, iż-żgħażagħ ingħataw l-opportunità li jżidu s-sens ta’ ċittadinanza attiva tagħhom flimkien ma’ żgħażagħ oħra Ewropej. |
| Matul is-sena 2008 kien hemm żieda qawwija | fin-numru ta’ żgħażagħ Maltin li pparteċipaw fil-programm Youth in Action. Fil-fatt ħadu sehem fil-programm 587-il żagħżugħ u żagħżugħa, iktar mid-doppju meta paragunat mas-sena ta’ qabel u l-ogħla wieħed li qatt kien hemm sal-lum. Dan ġie rifless ukoll fin-numru ta’ proġetti li ġew imwettqa, 64, li rduppjaw meta mqabbla mas-sena 2007. Dawn il-proġetti sarrfu f’allokazzjoni finanzjarja mill-UE ta’ aktar minn €870,000. |
| Iż-żgħażagħ bbenefikaw ukoll minn programmi oħra | bħall-programm Lifelong Learning permezz ta’ Comenius, Grundtvig, Erasmus u Leonardo da Vinci fejn l-għan prinċipali huwa li żgħażagħ u adulti li jaħdmu maż-żgħażagħ jaġġornaw il-ħiliet tagħhom. |
DOI – 30.05.2009
Stqarrijiet Oħra:
PR261985
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA U ...
PR261984