Left arrow Go Back

Is-Segretarju Parlamentari għaż-Żgħażagħ u Sport, Clyde Puli, jindirizza l-konferenza "Il-ParteĊipazzjoni taŻ-ŻgĦaŻagĦ fl-Unjoni Ewropea", organizzata mis-Segretarjat Parlamentari għaż-Żgħażagħ u Sport flimkien mal-EUROPEAN UNION PROGRAMMES AGENCY (EUPA)

PR0954
Date Icon 30/05/2009
“Is-sodisfazzjon tagħna mhuwiex biss li narawnumru akbar ta’ żgħażagħ jipparteċipaw fil-programmi tal-Unjoni Ewropea, imma wkoll li naraw iż-żgħażagħ jieħdu sehem attiv f’attivitajiet li jsiru fuq skala nazzjonali kif ukoll internazzjonali. B’dan il-mod inkunu qed ninvestu f’ġenerazzjoni futura li tkun kapaċi tressaq ’l quddiem l-interessi ta’ pajjiżna u twassal biex inkomplu ngawdu mill-ħafna opportunitajiet li jfeġġu minn żmien għal ieħor.”
Dan qalu s-Segretarju Parlamentari għaż-Żgħażagħu Sport, Clyde Puli, waqt konferenza bit-tema “Il-Parteċipazzjoni Attiva taż-Żgħażagħ fl-Unjoni Ewropea”, organizzata mis-Segretarjat Parlamentari għaż-Żgħażagħ u Sport flimkien mal-EUPA.
Din il-Konferenza saret fi żmien meta qedjitfakkar il-ħames anniversarju mid-dħul ta’ Malta fl-Unjoni Ewropea. Din il-konferenza saret bl-għan li jkompli jitkabbar l-għarfien tal-programmi Ewropej biex tkun assigurata aktar parteċipazzjoni miż-żgħażagħ Maltin. Is-Segretarju Parlamentari saħaq li ż-żgħażagħ Maltin dejjem appoġġjaw l-ideal tas-sħubija ta’ Malta fl-Unjoni Ewropea. Dan għaliex dejjem emmnu li l-Unjoni Ewropea toffri opportunità ta’ spazju fejn jistgħu jimirħu u jisfruttaw l-istess opportunitajiet li jgawdu minnhom iż-żgħażagħ tal-familja Ewropeja.
Clyde Puli qal li permezz tal-programm ta’l-Unjoni Ewropea, Youth in Action, iż-żgħażagħ ingħataw l-opportunità li jżidu s-sens ta’ ċittadinanza attiva tagħhom flimkien ma’ żgħażagħ oħra Ewropej.
Matul is-sena 2008 kien hemm żieda qawwijafin-numru ta’ żgħażagħ Maltin li pparteċipaw fil-programm Youth in Action. Fil-fatt ħadu sehem fil-programm 587-il żagħżugħ u żagħżugħa, iktar mid-doppju meta paragunat mas-sena ta’ qabel u l-ogħla wieħed li qatt kien hemm sal-lum. Dan ġie rifless ukoll fin-numru ta’ proġetti li ġew imwettqa, 64, li rduppjaw meta mqabbla mas-sena 2007. Dawn il-proġetti sarrfu f’allokazzjoni finanzjarja mill-UE ta’ aktar  minn €870,000.
Iż-żgħażagħ bbenefikaw ukoll minn programmi oħrabħall-programm Lifelong Learning permezz ta’ Comenius, Grundtvig, Erasmus u Leonardo da Vinci fejn l-għan prinċipali huwa li żgħażagħ u adulti li jaħdmu maż-żgħażagħ jaġġornaw il-ħiliet tagħhom.

DOI – 30.05.2009

Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA U MILL-MINISTERU GĦALL-POLITIKA SOĊJALI U L-FAMILJA   Aktar għarfien dwar is-saħħa mentali fost it-tfal

PR261985

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA U ...

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU  Il-Prim Ministru Robert Abela jippresjedi l-iffirmar ta’ tliet ftehimiet kollettivi għal madwar 1,700 ħaddiem

PR261984

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU Il-Prim Ministru Robert Abela ji...

More Press Releases Right arrow