DISKORS TAL-ONOR. LAURENCE GONZI, PRIM MINISTRU, FL-OKKAZJONI TAL-KONFERENZA BIT-TEMA “IL-PARTEĊIPAZZJONI TAŻ-ŻGĦAŻAGĦ FL-UNJONI EWROPEA”, ORGANIZZATA MIS-SEGRETARJAT PARLAMENTARI GĦAŻ-ŻGĦAŻAGĦ U SPORTS U MILL-EUROPEAN UNION PROGRAMMES AGENCY (EUPA)
PR0952
30/05/2009
Aktar minn 9,300 żagħżugħ u żagħżugħa jipparteċipaw fi programmi tal-Unjoni Ewropea
Żgħażagħ
| Huwa ta’ sodisfazzjon li nkun hawn magħkom | dalgħodu biex niftaħ din il-konferenza. Huwa dejjem ta’ sodisfazzjon meta nara ż-żgħażagħ mhux biss jipparteċipaw imma wisq aktar ikunu l-protagonisti. |
| Intom, kif ukoll ħafna żgħażagħ oħra, qed tagħtu | xhieda tal-potenzjal tal-poplu Malti. |
| Din il-Konferenza hija parti mill-attivitajiet | li ġew organizzati biex jitfakkar il-ħames anniversarju mis-sħubija ta’ Malta fl-Unjoni Ewropea. Dan kollu qed isir biex inġibu aktar ir-realtà u l-vantaġġi tal-Unjoni Ewropea fost il-poplu biex kulħadd jara l-benefiċċji li jistgħu jissarrfu aktar f’kull wieħed u waħda minna. B’hekk inħajru aktar nies jagħrfu, jipparteċipaw u jkunu protagonisti fil-proġetti u l-inizjattivi li qed isiru f’pajjiżna. |
| Intom iż-żgħażagħ qed tagħtu prova li s-sħubija | ta’ Malta fl-Unjoni Ewropea mhix xa ħaġa astratta imma hija proġett għan-nies li minnha jibbenefikaw il-familji tagħna, il-ħaddiema tagħna, l-imprendituri tagħna, it-tfal, l-ommijiet u l-missirijiet, l-anzjani u żgħażagħ tagħna. |
| Intom kollha xhieda tal-proġett tal-Unjoni | Ewropea. Proġett li ssarraf f’benefiċċji, opportunitajiet, tagħlim u esperjenzi li se jtejbu l-futur ta’ kull wieħed u waħda minnkom. Bħalkom hawn eluf ta’ żgħażagħ u parteċipanti iżgħar u akbar minnkom li ħadu sehem fi programmi tal-Unjoni Ewropea. |
| Bl-għajnuna tal-Unjoni Ewropea saru 592 proġett | u inizjattivi fil-qasam taż-żgħażagħ u li fihom ħadu sehem aktar minn 9,300 żagħżugħ u żagħżugħa. Dawn ivarjaw minn parteċipazzjoni f’taħriġ, studju, skambji ta’ żgħażagħ u partnerships bejn skejjel Maltin u skejjel Ewropej, kif ukoll partnerships ta’ għaqdiet. |
| Din hija l-Unjoni Ewropea – proġett li tkabbar | il-potenzjal u tiftaħ opportunitajiet ġodda. |
| Hemm diversi fatturi u valuri li joħroġu permezz | tal-parteċipazzjoni tagħkom iż-żgħażagħ f’dawn il-proġetti. |
| L-ewwel – irridu nkomplu nsaħħu u nippromwovu | l-mobilità. Kull sena qed naraw numru jiżdied ta’ studenti u għalliema li jagħmlu esperjenza jew skambju f’pajjiżi oħra tal-Unjoni Ewropea. Dan jgħin fl-iżvilupp taż-żgħażagħ billi jagħti l-opportunità li jesperjenzaw kulturi u ideat ġodda. Dan qed isir fil-livelli kollha tal-edukazzjoni. |
| Fil-livell primarju u sekondarju permezz | tal-program Comenius saru 196 proġett fejn skejjel għamlu skambji u partnerships ma’ skejjel barranin. Aktar studenti universitarji u lecturers qegħdin jagħmlu esperjenza barra permezz tal-programm Erasmus fejn ipparteċipaw aktar minn 1,600 żagħżugħ u żagħżugħa. Wara li jiġu lura – kif qed tagħmlu wħud li qegħdin hawn dalgħodu wkoll - qed iġġibu magħkom esperjenzi, u ħiliet ġodda li taqsmuhom ma’ ħaddieħor u ddaħħlu prattiċi ġodda wkoll fuq il-postijiet tax-xogħol. |
| Il-Gvern immexxi minni huwa wkoll kommess li | jkompli jagħmel mill-Unjoni Ewropea għodda importanti u qawwija biex inkomplu ntejbu l-ħiliet u nkabbru l-potenzjal tal-istudenti. Imma mhux biss l-istudenti. Irridu li l-Unjoni Ewropea tkun mezz kif inkomplu ninvestu fit-taħriġ u t-tagħlim matul il-ħajja tal-għalliema u l-lecturers tagħna. |
| Il-programmi bħal Grundtvig u Erasmus | qed jgħinu biex aktar għalliema u studenti jagħmlu esperjenza ta’ studju u taħriġ barra minn Malta. Din l-opportunità tkompli tiftaħ aktar opportunitajiet liż-żgħażagħ kif ukoll esperjenza ta’ tagħlim kontinwu lill-għalliema. F’dawn iż-żewġ programmi saru 160 proġett differenti. |
| L-Unjoni Ewropea wkoll hija relatata u tixpruna | d-dinja tax-xogħol. Ilkoll nafu li fid-dinja globalizzata tal-lum ix-xogħol irid ikun akkumpanjat b’taħriġ kontinwu. Ir-riżorsa umana hija l-unika riżorsa ta’ pajjiżna u fattur importanti li tkompli tattira aktar investiment lejn pajjiżna. B’sodisfazzjon ninnota li aktar minn 2,000 żagħżugħ u żagħżugħa pparteċipaw fil-programm Leonardo. |
| Nemmen ukoll li prinċipju ieħor importanti li | ħareġ minn dawn il-programmi huwa dak tal-volontarjat. Numru qawwi ta’ żgħażagħ, ‘il fuq minn 3,600, ibbenefikaw mill-programmi Youth in Action. Din iċ-ċifra turi s-saħħa tal-volontarjat partikularment il-volontarjat fost iż-żgħażagħ. Irridu nkomplu nħeġġu aktar żgħażagħ jinvolvu ruħhom biex iħaddnu l-valuri tal-volontarjat bħas-solidarjetà. Parti mill-identità tal-poplu tagħna hi li jħaddan il-valur tas-solidarjetà. Dan hu li jagħmilna wkoll poplu differenti minn oħrajn, għaliex fi gżira żgħira aħna jimpurtana minn xulxin, nifhmu lil xulxin, inħennu għal xulxin u naħdmu f’għaqdiet volontarji biex inkunu ta’ appoġġ għal ħaddieħor. |
| Għalkemm dawn iċ-ċifri li semmejt huma | impressjonanti rridu nkomplu naħdmu biex dan il-proġett tal-Unjoni Ewropea jitgawda minn ferm aktar żgħażagħ u studenti. Anniversarju m’huwiex biss okkażjoni biex inħarsu lura imma rridu nkomplu nħarsu ‘l quddiem biex nkomplu nsarrfu l-benefiċċji mis-sħubija. |
| Għal dan il-għan ħassejna l-ħtieġa li nerġgħu | nwaqqfu l-MEUSEC biex filwaqt li tingħata aktar informazzjoni dwar l-Unjoni Ewropea; tikber il-konsultazzjoni mas-soċjetà ċivili kif ukoll biex ikun hemm punt ta’ referenza biex bħala pajjiż, permezz tas-soċjetà ċivili nibbenefikaw aktar mis-sħubija. |
| Fix-xhur li ilu mwaqqaf, il-MEUSEC diġà | stabbilixxa preżenza f’pajjiżna b’numru ta’ suċċessi. Il-konsultazzjoni fuq liġijiet ewropej qabad ritmu tajjeb. ‘Il fuq minn 200 persuna minn 40 organizzazzjoni differenti jipparteċipaw b’mod regolari. Fil-qasam tal-għajnuna li tingħata lis-soċjetà ċivili biex dawn igawdu minn programmi tal-Unjoni Ewropea, ir-riżultati huma nkoraġġanti ħafna. Il-MEUSEC f’erba’ xhur għen 37-il organizzazzjoni biex japplikaw għall-proġetti li jammontaw għal €6.3 miljun. 70 applikazzjoni oħra qed jiġu pproċessati. Numru ta’ dawn il-proġetti huma taż-żgħażagħ u għaż-żgħażagħ. Irridu nagħmlu iktar. |
| Din il-Konferenza hija importanti biex il-Gvern | jisma’ aktar mingħandkom iż-żgħażagħ kif nistgħu nkomplu ntejbu dak li għamilna sa issa. Biex nirnexxu rridu nisimgħu lilkom u nistiedinkom biex tagħtu s-suġġerimenti tagħkom matul din il-Konferenza. Jien se nkun qiegħed nitlob lis-Segretarju Parlamentari biex ifassal rapport ta’ dak li jkun ħareġ minn din il-Konferenza biex naraw kif nattwaw is-suġġerimenti tagħkom. |
DOI – 30.05.2009
Stqarrijiet Oħra:
PR261985
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA U ...
PR261984