Left arrow Go Back

DISKORS TAL-ONOR. LAURENCE GONZI, PRIM MINISTRU, FL-OKKAZJONI TAL-KONFERENZA BIT-TEMA “IL-PARTEĊIPAZZJONI TAŻ-ŻGĦAŻAGĦ FL-UNJONI EWROPEA”, ORGANIZZATA MIS-SEGRETARJAT PARLAMENTARI GĦAŻ-ŻGĦAŻAGĦ U SPORTS U MILL-EUROPEAN UNION PROGRAMMES AGENCY (EUPA)

PR0952
Date Icon 30/05/2009

Aktar minn 9,300 żagħżugħ u żagħżugħa jipparteċipaw fi programmi tal-Unjoni Ewropea

Żgħażagħ 

Huwa ta’ sodisfazzjon li nkun hawn magħkomdalgħodu biex niftaħ din il-konferenza.  Huwa dejjem ta’ sodisfazzjon meta nara ż-żgħażagħ mhux biss jipparteċipaw imma wisq aktar ikunu l-protagonisti.
Intom, kif ukoll ħafna żgħażagħ oħra, qed tagħtuxhieda tal-potenzjal tal-poplu Malti.
Din il-Konferenza hija parti mill-attivitajietli ġew organizzati biex jitfakkar il-ħames anniversarju mis-sħubija ta’ Malta fl-Unjoni Ewropea.  Dan kollu qed isir biex inġibu aktar ir-realtà u l-vantaġġi tal-Unjoni Ewropea fost il-poplu biex kulħadd jara l-benefiċċji li jistgħu jissarrfu aktar f’kull wieħed u waħda minna.  B’hekk inħajru aktar nies jagħrfu, jipparteċipaw u jkunu protagonisti fil-proġetti u l-inizjattivi li qed isiru f’pajjiżna.
Intom iż-żgħażagħ qed tagħtu prova li s-sħubijata’ Malta fl-Unjoni Ewropea mhix xa ħaġa astratta imma hija proġett għan-nies li minnha jibbenefikaw il-familji tagħna, il-ħaddiema tagħna, l-imprendituri tagħna, it-tfal, l-ommijiet u l-missirijiet, l-anzjani u żgħażagħ tagħna.
Intom kollha xhieda tal-proġett tal-UnjoniEwropea.  Proġett li ssarraf f’benefiċċji, opportunitajiet, tagħlim u esperjenzi li se jtejbu l-futur ta’ kull wieħed u waħda minnkom.  Bħalkom hawn eluf ta’ żgħażagħ u parteċipanti iżgħar u akbar minnkom li ħadu sehem fi programmi tal-Unjoni Ewropea.
Bl-għajnuna tal-Unjoni Ewropea saru 592 proġettu inizjattivi fil-qasam taż-żgħażagħ u li fihom ħadu sehem aktar minn 9,300 żagħżugħ u żagħżugħa.  Dawn ivarjaw minn parteċipazzjoni f’taħriġ, studju, skambji ta’ żgħażagħ u partnerships bejn skejjel Maltin u skejjel Ewropej, kif ukoll partnerships ta’ għaqdiet.
Din hija l-Unjoni Ewropea – proġett li tkabbaril-potenzjal u tiftaħ opportunitajiet ġodda.
Hemm diversi fatturi u valuri li joħroġu permezztal-parteċipazzjoni tagħkom iż-żgħażagħ f’dawn il-proġetti.
L-ewwel – irridu nkomplu nsaħħu u nippromwovul-mobilità.  Kull sena qed naraw numru jiżdied ta’ studenti u għalliema li jagħmlu esperjenza jew skambju f’pajjiżi oħra tal-Unjoni Ewropea.  Dan jgħin fl-iżvilupp taż-żgħażagħ billi jagħti l-opportunità li jesperjenzaw kulturi u ideat ġodda.  Dan qed isir fil-livelli kollha tal-edukazzjoni.
Fil-livell primarju u sekondarju permezztal-program Comenius saru 196 proġett fejn skejjel għamlu skambji u partnerships ma’ skejjel barranin.  Aktar studenti universitarji u lecturers qegħdin jagħmlu esperjenza barra permezz tal-programm Erasmus fejn ipparteċipaw aktar minn 1,600 żagħżugħ u żagħżugħa.  Wara li jiġu lura – kif qed tagħmlu wħud li qegħdin hawn dalgħodu wkoll - qed iġġibu magħkom esperjenzi, u ħiliet ġodda li taqsmuhom ma’ ħaddieħor u ddaħħlu prattiċi ġodda wkoll fuq il-postijiet tax-xogħol.
Il-Gvern immexxi minni huwa wkoll kommess lijkompli jagħmel mill-Unjoni Ewropea għodda importanti u qawwija biex inkomplu ntejbu l-ħiliet u nkabbru l-potenzjal tal-istudenti.  Imma mhux biss l-istudenti.  Irridu li l-Unjoni Ewropea tkun mezz kif inkomplu ninvestu fit-taħriġ u t-tagħlim matul il-ħajja tal-għalliema u l-lecturers tagħna.
Il-programmi bħal Grundtvig u Erasmusqed jgħinu biex aktar għalliema u studenti jagħmlu esperjenza ta’ studju u taħriġ barra minn Malta.  Din l-opportunità tkompli tiftaħ aktar opportunitajiet liż-żgħażagħ kif ukoll esperjenza ta’ tagħlim kontinwu lill-għalliema.  F’dawn iż-żewġ programmi saru 160 proġett differenti.
L-Unjoni Ewropea wkoll hija relatata u tixprunad-dinja tax-xogħol.  Ilkoll nafu li fid-dinja globalizzata tal-lum ix-xogħol irid ikun akkumpanjat b’taħriġ kontinwu.  Ir-riżorsa umana hija l-unika riżorsa ta’ pajjiżna u fattur importanti li tkompli tattira aktar investiment lejn pajjiżna.  B’sodisfazzjon ninnota li aktar minn 2,000 żagħżugħ u żagħżugħa pparteċipaw fil-programm Leonardo.
Nemmen ukoll li prinċipju ieħor importanti liħareġ minn dawn il-programmi huwa dak tal-volontarjat.  Numru qawwi ta’ żgħażagħ, ‘il fuq minn 3,600, ibbenefikaw mill-programmi Youth in Action.  Din iċ-ċifra turi s-saħħa tal-volontarjat partikularment il-volontarjat fost iż-żgħażagħ.  Irridu nkomplu nħeġġu aktar żgħażagħ jinvolvu ruħhom biex iħaddnu l-valuri tal-volontarjat bħas-solidarjetà.  Parti mill-identità tal-poplu tagħna hi li jħaddan il-valur tas-solidarjetà.  Dan hu li jagħmilna wkoll poplu differenti minn oħrajn, għaliex fi gżira żgħira aħna jimpurtana minn xulxin, nifhmu lil xulxin, inħennu għal xulxin u naħdmu f’għaqdiet volontarji biex inkunu ta’ appoġġ għal ħaddieħor.
Għalkemm dawn iċ-ċifri li semmejt humaimpressjonanti rridu nkomplu naħdmu biex dan il-proġett tal-Unjoni Ewropea jitgawda minn ferm aktar żgħażagħ u studenti.  Anniversarju m’huwiex biss okkażjoni biex inħarsu lura imma rridu nkomplu nħarsu ‘l quddiem biex nkomplu nsarrfu l-benefiċċji mis-sħubija.
Għal dan il-għan ħassejna l-ħtieġa li nerġgħunwaqqfu l-MEUSEC biex filwaqt li tingħata aktar informazzjoni dwar l-Unjoni Ewropea; tikber il-konsultazzjoni mas-soċjetà ċivili kif ukoll biex ikun hemm punt ta’ referenza biex bħala pajjiż, permezz tas-soċjetà ċivili nibbenefikaw aktar mis-sħubija.
Fix-xhur li ilu mwaqqaf, il-MEUSEC diġàstabbilixxa preżenza f’pajjiżna b’numru ta’ suċċessi.  Il-konsultazzjoni fuq liġijiet ewropej qabad ritmu tajjeb.  ‘Il fuq minn 200 persuna minn 40 organizzazzjoni differenti jipparteċipaw b’mod regolari.  Fil-qasam tal-għajnuna li tingħata lis-soċjetà ċivili biex dawn igawdu minn programmi tal-Unjoni Ewropea, ir-riżultati huma nkoraġġanti ħafna.  Il-MEUSEC f’erba’ xhur għen 37-il organizzazzjoni biex japplikaw għall-proġetti li jammontaw għal €6.3 miljun.  70 applikazzjoni oħra qed jiġu pproċessati.  Numru ta’ dawn il-proġetti huma taż-żgħażagħ u għaż-żgħażagħ.  Irridu nagħmlu iktar.
Din il-Konferenza hija importanti biex il-Gvernjisma’ aktar mingħandkom iż-żgħażagħ kif nistgħu nkomplu ntejbu dak li għamilna sa issa.  Biex nirnexxu rridu nisimgħu lilkom u nistiedinkom biex tagħtu s-suġġerimenti tagħkom matul din il-Konferenza.  Jien se nkun qiegħed nitlob lis-Segretarju Parlamentari biex ifassal rapport ta’ dak li jkun ħareġ minn din il-Konferenza biex naraw kif nattwaw is-suġġerimenti tagħkom.

DOI – 30.05.2009

Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA U MILL-MINISTERU GĦALL-POLITIKA SOĊJALI U L-FAMILJA   Aktar għarfien dwar is-saħħa mentali fost it-tfal

PR261985

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA U ...

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU  Il-Prim Ministru Robert Abela jippresjedi l-iffirmar ta’ tliet ftehimiet kollettivi għal madwar 1,700 ħaddiem

PR261984

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU Il-Prim Ministru Robert Abela ji...

More Press Releases Right arrow