STQARRIJA TAL-KUMITAT PERMANENTI DWAR L-AFFARIJIET SOĊJALI TAL-PARLAMENT
PR0950
29/05/2009
| Il-Kumitat Parlamentari dwar | l-Affarijiet Soċjali jkompli jiddiskuti l-Qorti tal-Familja – Stadju ta’ Medjazzjoni |
| Il-proċess ta’ medjazzjoni | fil-Qorti tal-Familja huwa sistema fejn medjatur indipendenti u imparzjali jidħol bejn il-koppja bil-ħsieb li jwassalhom għal ftehim. Il-proċess ta’ medjazzjoni huwa dritt mogħti lil kull koppja mill-Istat mingħajr ħlas. Il-medjazzjoni fil-Qorti tal-Familja tintuża fil-bidu tal-każi ta’ separazzjoni jew meta koppja tkun diġà sseparat u jinqala’ l-bżonn li jinbidlu l-kundizzjonijiet tas-separazzjoni. Il-medjazzjoni tista’ twassal għal separazzjoni bonarja permezz ta’ kuntratt, u jekk dan it-tentattiv ifalli, il-każ jispiċċa quddiem il-Qorti. |
| Il-medjazzjoni tista’ ssir ukoll | fil-każijiet ta’ tilwim li jiżviluppa bejn koppji mhux miżżewġa għar-rigward ta’ wlied imnissla barra mir-rabta taż-żwieġ. L-uffiċjali tal-Qorti s-Sur Aldo Testone, Direttur tal-Qrati Ċivili u Tribunali, is-Sinj. Mary Lourdes Lautier, Deputat Reġistratur u s-Sinj Carmen Borg, Koordinatriċi tal-Medjazzjoni tal-Familja spjegaw kif l-aħjar interessi tat-tfal jipprevalu f’kull stadju tal-medjazzjoni. B’kollox il-Qorti tal-Familja tħaddem 10 medjaturi. Huma jingħataw taħriġ kemm qabel u anki wara li jinħatru. Is-servizz ta’ professjonisti bħal social workers, psikologi, terapisti tal-familja u l-avukati tat-tfal huwa wkoll użat mill-Qorti tal-Familja fil-proċess tal-medjazzjoni, meta l-imsemmija Qorti tħoss il-bżonn dejjem fl-interess tat-tfal. |
| Fl-ewwel stadju tal-medjazzjoni, | il-medjatur jgħin lill-familja billi jipprova jwassal lill-koppja għar-rikonċiljazzjoni. Jekk dan ma jkunx possibbli, il-medjatur jassisti lill-koppja sabiex jintlaħaq ftehim dwar il-kundizzjonijiet u l-konsegwenzi tal-firda (ftehim bonarju). Il-koppja trid tifhem x’inhuma l-konsegwenzi tad-deċiżjonijiet meħuda sabiex jintlaħaq qbil dwar separazzjoni konsenswali u jifhmu anki x’effett tista’ twassal is-separazzjoni fuq it-tfal. Il-proċess ta’ medjazzjoni huwa aktar prattiku minn kawża ċivili għaliex il-problema tista’ tiġi solvuta f’inqas żmien u l-ispejjeż marbuta mal-proċess ta’ medjazzjoni huma inqas minn dik ċivili. Il-medjazzjoni ssir f’ambjent informali u joffri lok għal diskussjoni raġunata quddiem medjatur li jgħin lill- koppja jiddibattu u jipparteċipaw fi ftehim. Il-kunfidenzjalità hija miżmuma għaliex il-laqgħa ssir fil-magħluq, għalhekk il-koppja tista’ titkellem liberament, filwaqt li l-medjatur huwa marbut bis-sigriet, kif ukoll eżentat milli jiġi mħarrek biex jixhed jekk il-koppja tipproċedi b’kawża. Għalhekk permezz tas-sehem tagħhom matul il-proċess kollu, il-koppja tkun taf fejn ser jaslu fil-ftehim finali tagħhom. Fil-medjazzjoni m’hemmx rebbieħ u tellief, iżda li l-mara u raġel jiftehmu, speċjalment għall-interessi tat-tfal (jekk ikun hemm). |
| Il-proċess ta’ medjazzjoni | jinbeda permezz ta’ ittra li tiġi ppreżentata fir-Reġistru tal-Qorti tal-Familja u li tista’ tkun talba għal separazzjoni, manteniment, kura u kustodja tat-tfal, kustodja għat-tfal, aċċess għall-minuri u emenda għal kuntratt li jkun diġà sar – dejjem jekk il-koppja tiftiehem. Tista’ ssir ukoll Nota, jiġifieri kuntratt preparat min-nutar u n-Nota tiġi ffirmata minn żewġ avukati. Il-Kuntratt l-ewwel imur għand il-medjatur, jispjega x’fih il-kuntratt u wara jmur għand l-Imħallef jew Maġistrat fil-każ tal-Qorti ta’ Għawdex. Madankollu meta l-Imħallef/Maġistrat iħoss li fil-kuntratt ikun hemm xi nuqqasijiet li ma jissalvagwardjawx l-interessi tat-tfal, bħal manteniment, l-Imħallef/Maġistrat jixtarr il-formoli tat-taxxi u l-qligħ, il-kera u d-dejn tal-koppja. Fejn jidħol aċċess tat-tfal, kollox jiġi evalwat, anke l-ħinijiet tax-xogħol tal-ġenituri. Tingħata attenzjoni biex kemm jista’ jkun l-aħwa ma jiġux mifruda minn xulxin u jekk ikun il-każ ġieli jitqabbad psikologu jew social worker biex jirrapporta dwar il-każ. Kollox isir fl-interess suprem tal-minuri u l-familja." |
| Fit-tabella t’hawn taħt wieħed | jista’ jifhem aħjar ix-xogħol li jsir mill-Qorti tal-Familja – Sezzjoni Medjazzjoni. Filwaqt li n-numru ta’ każijiet (mhux koppji jew persuni) introdotti ma jurix xi żieda allarmanti, xorta waħda dawn il-każijiet irreġistraw żieda ta’ 11% f’erba’ snin u dan jista’ jitfa’ pressjoni fuq ir-riżorsi ta’ din il-Qorti. |
2004 | 2005 | 2006 | 2007 | 2008 | |
Każijiet Introdotti – Ittri* | 673 | 632 | 688 | 664 | 756 |
Kemm ġew approvati kuntratti preparati min-nutara permezz ta’ nota | 387 | 420 | 330 | 336 | 307 |
Kemm irrikonċiljaw; Ċedew | 37 | 111 | 100 | 85 | 113 |
Kemm għamlu ftehim bonarju permezz tal-medjazzjoni li wara ġew preżentati b’Nota min-Nutar | 390 | 590 | 505 | 539 | 533 |
Kemm kienu awtorizzati jmexxu b’kawża | 198 | 274 | 294 | 269 | 229 |
Kemm ippreżentaw kawża ta’ separazzjoni | 142 | 149 | 120 | 177 | 131 |
Numru ta’ kawżi (ċitazzjonijiet) li ġew deċiżi | 77 | 64 | 67 | 63 | 47 |
| * Din it-tabella tindika każijiet | u mhux persuni jew koppji |
| Qed isir xogħol sabiex il-Qorti | tal-Familja jkollha statistika li tirrifletti n-numru ta’ koppji u dettalji ulterjuri ta’ kull każ. Dan qed isir dejjem b’rispett sħiħ lejn il-privatezza u l-kunfidenzjalità tal-persuni u evidentament din ser tgħin aħjar kemm l-operat tal-Qorti nnifsu, kif ukoll akkademiċi fil-qasam tal-familja u l-leġislatur nnifsu. |
| Il-Qorti tal-Familja għandha | wkoll sede kriminali li tittratta l-każijiet kollha li għandhom x’jaqsmu mal-familja. Dawn il-każijiet huma ttrattati minn Maġistrat wieħed u l-Kumitat sema’ kif Maġistrat wieħed jippermetti aktar ugwaljanza u anqas preċedenti milli jkollok żewġ Maġistrati. Il-kawżi kriminali jinkludu delitti u kontravenzjonijiet marbuta ma’ vjolenza domestika; każijiet ta’ nuqqas ta’ osservazzjoni tal-obbligi dwar il-manteniment u aċċess. Madankollu meta ma jiġix onorat digriet, min isofri jista’ jressaq lill-parti l-oħra quddiem il-Maġistrat permezz ta’ kwerela. Kien hawnhekk meta l-Onor Justyne Caruana spjegat kif f’Għawdex dawn il-każi kriminali jinstemgħu ma’ każijiet oħra tad-Distrett quddiem kulħadd, b’detriment lejn il-privatezza tal-koppja u anqas libertà ta’ kif wieħed jitkellem. Għal kuntrarju ta’ dak li jiġri f’Malta, persuni preżenti fil-Qorti ta’ Għawdex jistgħu jisimgħu l-problemi tal-koppja konċernata. |
| Il-Membri tal-Kumitat dwar | l-Affarijiet Soċjali ddiskutew ukoll l-Att dwar iż-Żwieġ, Kapitolu 255 tal-Liġijiet ta’ Malta. Dan l-Att jirregola ż-żwiġijiet u jipprovdi dwar ħwejjeġ li għandhom x’jaqsmu maż-żwiġijiet kattoliċi jew anċillari għalihom. Il-Kumitat sema’ kif meta koppja tagħmel talba lit-Tribunal Ekkleżjastiku (Tal-Knisja) u din tintlaqa’, il-Qorti tissospendi l-proċedura li tkun inbdiet quddiemha għall-annullament ta’ dak iż-żwieġ. Il-Qorti ma terġax issir kompetenti sakemm il-każ ikun irtirat minn quddiem it-Tribunal jew dikjarat qatt ma sar. Mill-2004 sa l-2009, kien hemm 252-il każ li twaqqfu milli jibdew proċeduri ta’ annullament quddiem il-Qorti tal-Familja, għaliex kienu bdew proċeduri oħrajn quddiem it-Tribunal Ekkleżjastiku (Tal-Knisja). |
| Il-Membri tal-Kumitat qablu | sabiex issir diskussjoni fuq kif l-interessi tat-tfal jistgħu jkunu aktar mħarsa, b’mod partikolari fl-istadju meta ma jkunx hemm qbil (kontenzjuż) u l-interessi tal-kbar jipperikolaw l-interessi tat-tfal. Intqal kif Malta għandha tinforza l-liġijiet eżistenti billi tinkorpora l-Konvenzjoni tat-Tfal tan-Nazzjonijiet Uniti fil-liġijiet lokali u tagħti aktar drittijiet lit-tfal bħal guardian ad litem, u assistenza professjonali awtomatika lit-tfal fil-Qrati. Ġie diskuss ukoll il-possibilità tal-introduzzjoni tal-Att dwar it-Tfal, simili għal dik Awstraljana. Il-Membri ddiskutew ukoll leġislazzjoni bħal dik tar-Renju Unit, li tirrikonoxxi l-fetu fil-ġuf u fejn tkun tista’ tinħareġ care order fuq omm li tkun qed tpoġġi l-ħajja tal-fetu fil-periklu. Intqal ukoll kif il-leġislatur irid jieħu ħsieb l-interessi ta’ trabi fil-ġuf, speċjalment meta l-koppja tkun qed tissepara qabel ma t-tarbija titwieled. |
| Il-laqgħa tmexxiet mill-Onor | Edwin Vassallo u pparteċipaw l-Onor Justyne Caruana, l-Onor Frederick Azzopardi, u l-Onor. Anthony Zammit. |
DOI – 29.05.2009
Stqarrijiet Oħra:
PR261985
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA U ...
PR261984