IL-CORE GROUP TAL-MEUSAC JIDDISKUTI MAL-KUMMISSARJU JOE BORG
| Il-Core Group tal-‘Malta-EU Steering and | Action Committee’ (MEUSAC) reġa’ ltaqa’ fid-29 ta’ Mejju, 2009. Fil-laqgħa ħa sehem ukoll l-Kummissarju għall-Affarijiet Marittimi u Sajd, Dott. Joe Borg. |
| Dott. Borg għamel preżentazzjoni lill-membri | tal-Core Group dwar il-ħidma tiegħu. Huwa qal li l-politika addottata minnu hija waħda li tinvolvi lill-partijiet kollha li huma msieħba fil-proċess tat-teħid ta’ deċiżjonijiet permezz ta’ kumitati reġjonali, li fihom hemm rappreżentati sajjieda, xjentisti, ambjentalisti, kif ukoll rappreżentanti tat-trade unions. |
| Il-Kummissarju saħaq li l-Kummissjoni Ewropea | addottat politika marittima mmaniġjata b’mod sostennibli. Iktar kmieni din is-sena tnieda wkoll proċess ta’ konsultazzjoni dwar ir-riforma tal-politika komuni tas-sajd li huwa mistenni jiġi fi tmiemu fl-aħħar ta’ din is-sena u li għandu jwassal għal politika mmaniġjata mir-reġjuni differenti skond l-għanijiet miftehma mal-Kummissjoni. |
Dwar il-Politika Marittima Integrata, Dott. Borg qal li l-Kummissjoni ħarġet bi pjan ta’ ħidma maqsum fuq diversi livelli: b’linji gwida dwar l-igvernar fuq livelli differenti li jinvolvu lill-Istati Membri u partijiet oħra li għandhom sehem; għodda li jiffaċilitaw l-integrazzjoni tal-politika marittima permezz ta’ mezzi ta’ sorveljanza aħjar, bħal proġett pilota fil-Mediterran għal sorveljanza marittima; ippjanar aħjar tal-arja tal-baħar għal użu multiplu, bħal per eżempju waqt li jkun salvagwardjat l-operat tas-sajd ikun hemm żvilupp ieħor tal-istess arja għal użu ta’ trasport bil-baħar jew offshore energy, fost l-oħrajn; kif ukoll l-iżvilupp ta’ iktar riċerka fl-aspetti settorjali kollha biex ikun studjat l-impatt u l-potenzjal fuq, u għal setturi oħra marittimi.
| Il-Kummissarju Borg qal ukoll li l-Pjan ta’ | Ħidma għall-Baħar Mediterran għandu jkun konkluż sas-sena d-dieħla. Huwa saħaq li l-Politika Marittima Integrata għall-Mediterran mhux se tkun żviluppata biss għall-Pajjiżi Membri tal-Unjoni Ewropea, iżda wkoll għall-pajjiżi l-oħra tal-Mediterran bħal ma huma dawk tal-Afrika ta’ Fuq. |
| Joe Borg tkellem ukoll dwar id-dritt | esklussiv tal-Kummissjoni Ewropea li tipproponi liġijiet ġodda għall-UE, kif ukoll dwar ir-rwol tal-Kummissjoni biex tiżgura l-ħarsien tal-liġijiet u t-Trattati tal-UE, u dwar ir-relazzjoni bejn il-Kummissarju u l-pajjiż minn fejn ikun ġej. |
| Il-Membri tal-Core Group qajmu diversi punti | fosthom: • Kif se tintlaqat il-Politika Komuni tas-Sajd bis-sħubija tal-Iżlanda kif ukoll dwar kif il-Politika Komuni tas-Sajd tista’ tiġi ntegrata ma’ pajjiżi terzi; • Is-sistema tal-penali għas-sajjieda li jwettqu reati; • L-inizjattiva “Motorways of the Sea”; • Il-jedd tal-Kummissjoni Ewropea fuq proġetti li jkunu se jiġu mplimentati mill-Gvern fiż-żoni tal-portijiet; • Il-kriterji li bihom jinħadmu l-kwoti tas-sajd; • Il-bnadar ta’ konvenjenza (flags of convenience), • L-immaniġġjar taż-żoni kostali (coastal management). |
| Dwar is-sħubija tal-Iżlanda, il-Kummissarju | Borg semma li malli l-Iżlanda tapplika, jibda l-proċess li jwassal biex il-Kummissjoni tagħti l-Opinjoni tagħha. Dan jista’ jkun lest sal-laqgħa tal-Kunsill Ewropew ta’ Diċembru li ġej, meta jiġi deċiż jekk jinfetħux in-negozjati mal-Iżlanda. Huwa qal l-Iżlanda mhix ħa jkollha eżenzjoni (opt-out) mill-Politika Komuni tas-Sajd, iżda jista’ jkollha arranġamenti speċjali kif għandha Malta. |
| Dwar il-“Motorways of the Sea”, Joe Borg qal | li għaddejja ħidma biex jittieħdu deċiżjonijiet dwar diversi punti fosthom ix-short-sea shipping u dwar il-ħlas tat-taxxa fuq l-enerġija fil-portijiet. Aspetti oħrajn huma l-isforzi biex jintuża iktar trasport mill-baħar. Hemm determinazzjoni wkoll biex jiġi żviluppat il-kunċett ta’ ‘green engine’ għall-vapuri, li s’issa jidher li ntlaqa’ tajjeb mill-industrija tal-cruise liners. |
| Il-Kummissarju Borg stqarr li l-Mediterran | huwa l-inqas baħar li għandu kwoti għas-sajd meta mqabbel ma’ ibħra oħra. Fil-fatt l-uniċi kwoti għall-Mediterran huma fuq it-tonn u l-pixxispad minħabba kwistjonijiet ta’ sostennibiltà. Dott. Borg spjega li dawn il-kwoti jiġu maqbula fl-International Commission for the Conservation of Atlantic Tunas (ICCAT). Huwa qal li l-Kummissjoni għandha Pjan ta’ Rkupru għat-tonn u kull pajjiż għandu kwota li jrid iżomm magħha, inkluż il-pajjiżi tal-Meditteran li mhumiex membri tal-UE. |
| Il-Kummissjoni qed taħdem ukoll biex jiġu | eliminati bnadar ta’ konvenjenza għall-vapuri li jtajru bandiera ta’ xi Stat Membru, u jingħataw lill-ħaddiema l-istess drittijiet li għandhom ħaddiema li jaħdmu fuq l-art. Dott. Borg tenna li l-Kummissjoni se taħdem id f’id mal-International Maritime Organisation (IMO) biex dawn il-prinċipji jidħlu b’mod gradat fuq bnadar oħra ta’ pajjiżi terzi. |
| Preżenti għal-laqgħa tal-Core Group kien hemm: | is-Segretarju Parlamentari Dott. Chris Said (Chairperson), Dott. Joe Borg (Membru tal-Kummissjoni Ewropea responsabbli mill-Affarjiet Marittimi u s-Sajd), Dott. Vanni Xuereb (Kap tal-MEUSAC), is-Sur Julian Micallef (Segretarju), Dott. Godwin Grima (Segretarju Permanenti Ewlieni), is-Sur Richard Cachia Caruana (Rappreżentant Permanenti ta’ Malta għall-UE), is-Sinjura Cecilia Attard Pirotta (Segretarju Permanenti, Ministeru tal-Affarjiet Barranin), is-Sinjorina Graziella Pullicino (A/Kap, Segretarjat UE fl-Uffiċċju tal-Prim Ministru), Dott. Gabriella Pace (Kap tal-Informazzjoni, MEUSAC), is-Sinjura Helen D’Amato, is-Sur Malcolm Seychell (Azzjoni Nazzjonali), is-Sur Carmel Cacopardo (Alternattiva Demokratika), is-Sur Arthur Rossi (CMTU), is-Sur Joe Grech (Gozo Business Chamber), is-Sur Paul Abela (GRTU - Chamber of SMEs), is-Sur Tony Zarb (General Workers’ Union), Dott. Paul Debattista (Malta Employers’ Association), Dott. Romina Bartolo (Union Ħaddiema Magħqduin), is-Sur Kevin Borg (Malta Chamber of Commerce Enterprise and Industry), is-Sur George Schembri (Malta Hotels and Resaurants’ Association), is-Sinjura Grace Attard (rappreżentanta tas-soċjetà ċivili), kif ukoll is-Sinjorina Ella Strickland (membru tal-Kabinett tal-Kummissarju Borg), sostituti u membri tal-istaff tal-MEUSAC. |
| Il-laqgħa li jmiss tal-Core Group se ssir | nhar il-Ġimgħa 26 ta’ Ġunju, 2009. |
DOI – 29.05.2009
Other Press Releases:
PR261985
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA U ...
PR261984