Left arrow Mur Lura

AVVIŻ  MILL-KUMMISSJONI ELETTORALI   ELEZZJONIJIET GĦALL-MEMBRI PARLAMENTARI EWROPEJ U GĦALL-KUNSILLI LOKALI  - 6 TA’ ĠUNJU 2009

PR0941
Date Icon 29/05/2009

Dokumenti għall-Votazzjoni Speċjali  

Il-Kummissjoni Elettorali tavża  lil dawk  il-votanti għall-Elezzjonijiet tal-Parlament Ewropew u għall-Kunsilli Lokali li ntilfilhom jew tqattalhom id-dokument għall-votazzjoni  wara li rċevewh, u lil dawk li għalkemm isimhom jidher fir-Reġistru Elettorali ta’ April,  2009,  rivedut bid-deċizjonijiet tal-Uffiċjal Revizur,  ma rċevewx id-dokument għall-votazzjoni minħabba xi raġuni speċjali inkluz dik li l-Kummissjoni ma kellhiex ir-ritratt tagħhom,  li huma jistgħu jidhru  personalment quddiem wieħed mill-Kummissjonarji Elettorali sabiex japplikaw għal dokument għall-votazzjoni speċjali.   Il-votant irid jipprezenta l-karta tal-identita’.  Il-ġranet u l-ħinijiet ser ikunu kif jidher hawn taħt:  

It-Tnejn 1 u t-Tlieta 2 ta’ Ġunju,  2009:                    mit-8.00 a.m.  sat 8.00 p.m.  

L-Erbgħa 3 ta’ Ġunju, 2009: 

Elezzjonigħall-Parlament Ewropew: mit-8.00 a.m. sad-9.00 p.m.
Elezzjonijietgħall-Kunsilli Lokali:                mit-8.00 a.m. sas-6.00 p.m.
Dawk  il-votanti  rreġistratifit-Tlettax-il distrett elettorali (Għawdex u Kemmuna) jistgħu jattendu fl-Uffiċċju tal-Karta tal-Identita’,  ir-Rabat, Għawdex,  fl-istess ġranet u ħinijiet.  Mingħajr  id-dokument għall-votazzjoni,  ħadd ma jkun jista’ jivvota.
Għal aktar informazzjoni dwardan is-suġġett ċempel fuq in-numru tat-telefon  25583300.

www.electoral.gov.mt

DOI - 29.05.2009

Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA U MILL-MINISTERU GĦALL-POLITIKA SOĊJALI U L-FAMILJA   Aktar għarfien dwar is-saħħa mentali fost it-tfal

PR261985

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA U ...

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU  Il-Prim Ministru Robert Abela jippresjedi l-iffirmar ta’ tliet ftehimiet kollettivi għal madwar 1,700 ħaddiem

PR261984

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU Il-Prim Ministru Robert Abela ji...

Aktar Stqarrijiet Right arrow