AVVIŻ MILL-KUMMISSJONI ELETTORALI ELEZZJONIJIET GĦALL-MEMBRI PARLAMENTARI EWROPEJ U GĦALL-KUNSILLI LOKALI - 6 TA’ ĠUNJU 2009
Dokumenti għall-Votazzjoni Speċjali
Il-Kummissjoni Elettorali tavża lil dawk il-votanti għall-Elezzjonijiet tal-Parlament Ewropew u għall-Kunsilli Lokali li ntilfilhom jew tqattalhom id-dokument għall-votazzjoni wara li rċevewh, u lil dawk li għalkemm isimhom jidher fir-Reġistru Elettorali ta’ April, 2009, rivedut bid-deċizjonijiet tal-Uffiċjal Revizur, ma rċevewx id-dokument għall-votazzjoni minħabba xi raġuni speċjali inkluz dik li l-Kummissjoni ma kellhiex ir-ritratt tagħhom, li huma jistgħu jidhru personalment quddiem wieħed mill-Kummissjonarji Elettorali sabiex japplikaw għal dokument għall-votazzjoni speċjali. Il-votant irid jipprezenta l-karta tal-identita’. Il-ġranet u l-ħinijiet ser ikunu kif jidher hawn taħt:
It-Tnejn 1 u t-Tlieta 2 ta’ Ġunju, 2009: mit-8.00 a.m. sat 8.00 p.m.
L-Erbgħa 3 ta’ Ġunju, 2009:
| Elezzjoni | għall-Parlament Ewropew: mit-8.00 a.m. sad-9.00 p.m. |
| Elezzjonijiet | għall-Kunsilli Lokali: mit-8.00 a.m. sas-6.00 p.m. |
| Dawk il-votanti rreġistrati | fit-Tlettax-il distrett elettorali (Għawdex u Kemmuna) jistgħu jattendu fl-Uffiċċju tal-Karta tal-Identita’, ir-Rabat, Għawdex, fl-istess ġranet u ħinijiet. Mingħajr id-dokument għall-votazzjoni, ħadd ma jkun jista’ jivvota. |
| Għal aktar informazzjoni dwar | dan is-suġġett ċempel fuq in-numru tat-telefon 25583300. |
DOI - 29.05.2009
Other Press Releases:
PR261985
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA U ...
PR261984