Left arrow Mur Lura

STQARRIJA MILL-MINISTERU TA’ L-EDUKAZZJONI, KULTURA, żGħAŻAGħ U SPORT

PR0940
Date Icon 29/05/2009
Il-kartatal-eżami tal-Ekonomija fil-livell avanzat tal-MATSEC tista’ tinħadem
Il-MATSECSupport Unit irċieva ittra anonima mingħand ‘Economics Students’, fejn jingħad li l-ewwel mistoqsija tat-tieni karta tal-Eżami tal-Ekonomija fil-Livell Avvanzat ma setgħetx tinħadem.
Il-MATSECSupport Unit ikkonsulta lill-eżaminaturi li fformulaw il-karta u ġiet diskussa l-mistoqsija fil-kwistjoni.  Wara din il-konsultazzjoni, il-MATSEC Support Unit jixtieq jinforma lil dawk kollha kkonċernati li l-mistoqsija  tinħadem.  L-għan tat-tieni karta huwa li tittestja l-abbiltajiet tal-kandidati fl-analiżi u l-espressjoni ta’ kunċetti tal-Ekonomija, iżda wkoll fl-applikazzjonijiet tagħhom f’sitwazzjonijiet prattiċi.
F’din il-karta l-kandidatigħandhom jistennew mistoqsijiet li jitolbu l-użu u t-tħaddim kreattiv ta’ għodod teoretiċi standard, f’kuntesti li m’humiex standard.  Dan it-tip ta’ mistoqsijiet ta’ applikazzjoni dehru fis-snin li għaddew.
Diversi drabi l-eżaminaturifir-rapporti tagħhom għall-eżamijiet preċedenti, ikkummentaw u saħqu dwar l-importanza li l-kandidati jtejbu l-abbilta` tagħhom fil-mod ta’ kif iwieġbu, billi juru li għamlu sens mill-kunċetti bażiċi teoretiċi, iżda wkoll billi jaslu jorbtu dawn f’kuntest ta’ aktar kreattività meta jagħtu soluzzjonijiet għall-problemi prattiċi li jingħataw. (“ . . . improve their performance by showing good understanding of basic theoretical concepts and more creativity in deriving solutions to problems set.”)
DOI -29.05.2009
Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA U MILL-MINISTERU GĦALL-POLITIKA SOĊJALI U L-FAMILJA   Aktar għarfien dwar is-saħħa mentali fost it-tfal

PR261985

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA U ...

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU  Il-Prim Ministru Robert Abela jippresjedi l-iffirmar ta’ tliet ftehimiet kollettivi għal madwar 1,700 ħaddiem

PR261984

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU Il-Prim Ministru Robert Abela ji...

Aktar Stqarrijiet Right arrow