Left arrow Go Back

STQARRIJA MILL-MINISTERU TA’ L-EDUKAZZJONI, KULTURA, żGħAŻAGħ U SPORT

PR0939
Date Icon 29/05/2009
Bord tad-Dixxiplina biexjinvestiga allegazzjonijiet dwar karta tal-eżami fl-MCAST
Il-Malta College of Arts, Science and Technology(MCAST) waqqaf Bord ta’ Dixxiplina biex jinvestiga każ fejn allegatament lecturer fl-Istitut tat-Teknoloġija tal-Informatika ta lill-istudenti tiegħu r-risposti għall-mistoqsijiet f’karta tal-eżami.
Minn investigazzjonijiet preliminari li għamelil-Kulleġġ, jidher li l-Awditur Intern responsabbli mill-assikurazzjoni tal-kwalita’, innota li r-risposti tal-istudenti għall-karta tal-eżami kienu jixbħu ħafna r-risposti mudell li dan il-lecturer kien ipprepara għall-eżaminaturi biex fuqhom jikkoreġu l-karti.
Meta d-Direttur tal-Istitut tal-ICT tkellem mal-lecturerkonċernat, dan qal li bi żball kien qassam il-karta bir-risposti flimkien mal-karta tal-eżami lill-istudenti fil-klassi tiegħu u meta nduna bl-iżball – xi sitt minuti wara – ġabar lura il-karta bir-risposti.
Iżda meta id-Direttur tal-Istitut tkellemmal-istudenti, dawn taw verżjoni differenti minn dik li kien ta l-lecturer.
Għalhekk il-Prinċipal tal-MCAST warakonsultazzjoni mal-Kap tal-Istitut tal-ICT, iddeċieda li jirreferi dan il-każ lill-Bord tad-Dixxiplina skond ma jipprovdi l-Ftehim Kollettiv tal-MCAST, biex ikunu stabbiliti l-fatti u jagħmel ir-rakkomandazzjonijiet meħtieġa.
Il-Prinċipal tal-MCAST jiċħad kategorikament lixi ħadd avviċinah biex ma jieħux passi dwar il-każ.

DOI – 29.05.2009

Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA U MILL-MINISTERU GĦALL-POLITIKA SOĊJALI U L-FAMILJA   Aktar għarfien dwar is-saħħa mentali fost it-tfal

PR261985

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA U ...

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU  Il-Prim Ministru Robert Abela jippresjedi l-iffirmar ta’ tliet ftehimiet kollettivi għal madwar 1,700 ħaddiem

PR261984

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU Il-Prim Ministru Robert Abela ji...

More Press Releases Right arrow