Left arrow Mur Lura

Il-Gvern jerġa jsostni li s-servizzi tas-saħħa se jibqgħu b’xejn.

PR0937
Date Icon 28/05/2009
B’referenza għall-istqarrija tal-GeneralWorkers’ Union, il-Gvern itenni li mhux veru li l-Kabinett “iddiskuta proposta biex is-servizz mediku nazzjonali u l-kura tas-saħħa li joffri l-istat ma jibqgħux aktar b’xejn u jibdew jingħataw bi ħlas”.
Il-Gvern iddiskuta rapport dwar kif tista’tissaħħaħ ir-relazzjoni bejn it-tobba tal-familja u dawk li jmorru għall-viżti għandhom.    Il-Gvern irid li t-tobba tal-familja, jkollhom aċċess elettroniku għar-rekords mediċi tal-pazjenti tagħhom.  Dan ikun ta vantaġġ għall-pazjenti stess għaliex it-tobba jkollhom aċċess għar-riżultati tal-eżamijiet li jittieħdu bla ħlas fl-isptarijiet u fiċ-Ċentri tas-Saħħa.
Il-Gvern ma qabilx ma’ proposta li saretfir-rapport li ċ-Ċentri tas-Saħħa jingħalqu.  Il-Gvern jemmen li dawn għandhom jibqgħu miftuħin għaliex joffru servizzi tas-saħħa bla ħlas, għal min l-aktar għandu bżonn.
Il-Gvern hu impenjat li jkompli jtejjebis-servizzi tas-saħħa, partikolarment il-kura primarja li tingħata fil-lokalitajiet u fiċ-Ċentri tas-Saħħa.

DOI - 28.05.09

Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA U MILL-MINISTERU GĦALL-POLITIKA SOĊJALI U L-FAMILJA   Aktar għarfien dwar is-saħħa mentali fost it-tfal

PR261985

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA U ...

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU  Il-Prim Ministru Robert Abela jippresjedi l-iffirmar ta’ tliet ftehimiet kollettivi għal madwar 1,700 ħaddiem

PR261984

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU Il-Prim Ministru Robert Abela ji...

Aktar Stqarrijiet Right arrow