FESTA NAZZJONALI TAS-SETTE GIUGNO
PR0936
28/05/2009
Il-programm ta' attivitajiet għal din is-sena organizzati mill-Kumitat Festi Nazzjonali huwa dan li ġej.
Il-Ġimgħa, 5 ta' Ġunju 2009
10.00 am Tqegħid ta' kuruna tal-fjuri fuq il-Monument tal-Vittmi tas-Sette Giugno fiċ-Ċimiterju Santa Marija Addolorata.
Ċerimonja ta' Tifkira ħdejn il-Monument tas-Sette Giugno f'Misraħ San Ġorġ, Valletta
| 6.15 pm | Mr Speaker u l-Membri tal-Kamra tad-Deputati jiltaqgħu fil-Kamra tal-Kumitati, il-Palazz. |
| 6.15 pm | Stakkament tal-Pulizija, flimkien mal-Banda tal-Pulizija jimmarċjaw tul Triq ir-Repubblika. |
| 6.24 pm | L-istakkament tal-Pulizija, flimkien mal-Banda tal-Pulizija jieħdu posthom quddiem il-Monument tas-Sette Giugno, f'Misraħ San Ġorġ. |
| 6.30 pm | L-iSpeaker, il-Prim Ministru, il-Kap tal-Oppożizzjoni, flimkien mal-Membri tal-Kamra tad-Deputati joħorgu mill-Palazz u jimxu sa quddiem il-Monument. |
| 6.32 pm | Il-Membri wara li jsellmu lill-Monument, jieħdu posthom bilqiegħda. |
| 6.33 pm | Diskors mill-iSpeaker tal-Kamra tad-Deputati, l-Onor Louis Galea. |
| 6.43 pm | Wara d-diskors, l-iSpeaker imur quddiem il-Monument. |
| 6.45 pm | Tindaqq il-Last Post. |
Minuta Silenzju.
| 6.47 pm | Tindaqq ir-Reveille. |
| 6.48 pm | L-iSpeaker iqiegħed kuruna tal-fjuri fuq il-Monument. |
| Wara jitilgħu bil-kuruni | l-Prim Ministru u l-Kap tal- Oppożizzjoni. |
| 6.50 pm | Tqegħid ta' kuruni mill-Partiti Politiċi u l-Korpi Kostitwiti. |
Jindaqq l-Innu Nazzjonali.
| 7.00 pm | Marċ mill-istakkament tal-Pulizija. |
| 7.01 pm | L-iSpeaker, il-Prim Ministru u l-Kap tal-Oppożizzjoni akkumpanjati mill-Membri tal-Kamra tad-Deputati jmorru l-bitħa tal-Palazz. |
DOI – 28.05.2009
Stqarrijiet Oħra:
PR261985
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA U ...
PR261984