AĠĠORNAMENTI LILL-GĦALLIEMA TAL-ISKEJJEL PRIMARJI FUQ IR-REGOLI L-ĠODDA TAL-ILSIEN MALTI
PR0935
28/05/2009
| Tmiem | din is-sena skolastika ġab fi tmiemha wkoll sensiela ta’ laqgħat mal-għalliema tal-iskejjel primarji fuq ir-regoli l-ġodda tal-kitba Maltija. Ir-regoli l-ġodda, imsejħin Deċiżjonijiet 1, daħlu fis-seħħ f’Lulju 2008 u l-għan tagħhom huwa li jnaqqsu l-inċertezzi fil-kitba Maltija. |
| Il-laqgħat, ikkoordinati mill-Uffiċjal Edukattiv | tal-Malti, David Agius Muscat, kienu organizzati mid-Direttorat għal Kwalità u Standards fl-Edukazzjoni u l-Kunsill Nazzjonali tal-Ilsien Malti. Matulhom, rappreżentanti tal-Kunsill – il-Professur Manwel Mifsud, George Farrugia u Olvin Vella, ilkoll għalliema tal-Malti fl-Università ta’ Malta – iltaqgħu ma’ madwar 1,500 għalliem. L-għalliema kollha rċivew lista alfabetika tal-kliem li ttieħdet deċiżjoni dwaru, u manwal fuq l-użu tal-Malti fil-kompjuter biex kulħadd jittajpja bil-Malti bla xkiel. Il-manwal tal-kompjuter kitbu l-Kumitat għall-Malti u l-Informatika mmexxi minn Dr Ray Fabri, il-president tal-Istitut tal-Lingwistika tal-Università. |
| Il-kollaborazzjoni bejn id-Direttorat u | l-Kunsill ta’ min ifaħħarha għax għall-ewwel darba fl-istorja tal-ilsien Malti l-bidliet li saru fl-ortografija qed jiġu magħrufa ma’ kulħadd b’mod sistematiku. |
| Il-laqgħat kienu miftuħa minn David Agius Muscat | li fisser it-triq lejn ir-regoli l-ġodda. Fl-aħħar mitt sena l-kittieba u l-għalliema tal-Malti ltaqgħu ma’ għadd kbir ta’ kliem li seta’ jinkiteb b’mod jew ieħor (bħal Awwissu, Awissu) u din l-għażla kienet qed toħloq ħafna inċertezzi fil-kitba. Il-Kunsill fetaħ diskussjoni pubblika, stieden lill-awturi u ħaddiema oħra fil-qasam tal-Malti biex jagħtu l-fehma tagħhom, organizza seminar pubbliku u mbagħad ħatar grupp ta’ esperti biex jiddeċiedi kelma kelma. |
Ir-regoli l-ġodda jinsabu fis-sit www.kunsilltalmalti.gov.mt
| Ir-rappreżentanti wieġbu l-mistoqsijiet | tal-għalliema, fissru xi deċiżjonijiet u fuq kollox urew kif ir-regoli l-ġodda komplew jibnu fuq ir-regoli li kellna qabel. |
| Din l-inizjattiva tikkonferma kif id-Direttorat | għal Kwalità u Standards fl-Edukazzjoni, il-Kunsill Nazzjonali tal-Ilsien Malti, id-Dipartiment tal-Malti u l-Istitut tal-Lingwistika – l-aħħar żewġ korpi huma tal-Università – jaħdmu id f’id għall-ġid tal-ilsien Malti. |
| Bħalissa fil-qasam tal-Malti fil-Primarja qed | isir ħafna xogħol siewi fosthom qed jittieħdu deċiżjonijiet fuq kotba ġodda tal-lingwa u tal-letteratura. |
DOI – 28.05.2009
Stqarrijiet Oħra:
PR261985
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA U ...
PR261984