Il-laħam frisk lokali kollu se jibda jinġarr f’refridgerated Vans
PR0933
28/05/2009
| Matul il-ġimgħat li ġejjin il-laħam frisk | lokali, wara li jinħareġ mill-biċċerija, ser jibda jinġarr f’vetturi li jkunu mgħammra bi friża (refridgerated vans). Dan sostnieħ il-Ministru għar-Riżorsi u l-Affarijiet Rurali, l-Onor. George Pullicino meta dalgħodu kien qed jindirizza seminar dwar ‘l-iġjene u l-prassi tal-iġjene waqt il-linja tal-produzzjoni’, għall-operaturi tal-biċċerija. |
| Il-Ministru Pullicino fakkar li l-Ministeru | investa maż-€2 miljun fuq diversi xogħlijiet strutturali fil-Biċċerija. Dan il-fatt, flimkien mal-koperazzjoni tal-partijiet kollha kkonċernati, għen sabiex isir progress. Il-progress li sar, wassal sabiex kompla jsir titjib fl-operat tal-biċċerija u fil-prassi tax-xogħol. |
| Fost il-progress li qed isir, jispikka l-fatt li | bdiet titħaddem sistema ta’ traċċabilita’ (traceability) tal-laħam taċ-ċanga u minn din il-ġimgħa, bdew il-provi fuq il-majjal. Din is-sistema tagħti l-informazzjoni kompleta dwar il-data tat-twelid tal-annimal, il-post fejn trabba u d-data u l-post tal-qatla, fost oħrajn. |
| Ma’ dan jista’ jingħad ukoll li l-laħam li | joħroġ mill-Biċċerija ser jibda jinġarr ġo vetturi li jkunu mgħammra bi friza, sabiex ikun żgurat dejjem aktar li l-konsumatur qed igawdi minn prodott ta’ kwalita’ għolja. |
| Sar tibdil ukoll fil-ġranet tal-qatla tal-laħam | taċ-ċanga, kif ukoll qed ikun assigurat li d-Deboning taċ-ċanga (apparti l-Hot Deboning) ma tibdiex qabel ma’ t-temperatura tal-laħam tinżel, kif rikjesta fir-regolamanti tal-iġjene u proċessar tal-ikel. |
| Il-Ministru Pullicino filwaqt li wera | l-apprezzament tiegħu għall-kollaborazzjoni li l-operaturi juru mat-tmexxija tal-biċċerija, sostna li permezz tal-ħidma u l-impenn ta’ kulħadd flimkien, ikun qed jiġi assigurat prodott aħjar u ta’ kwalita’ lill-konsumatur, kif ukoll inkunu qed insaħħu l-fiduċja li l-konsumatur diġa’ għandu lejn il-prodott frisk lokali. |
DOI – 28.05.2009
Other Press Releases:
PR261985
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA U ...
PR261984