Left arrow Mur Lura

AVVIŻ  MILL-KUMMISSJONI ELETTORALI  - ELEZZJONI GĦALL-MEMBRI PARLAMENTARI EWROPEJ U ELEZZJONIJIET GĦALL-KUNSILLI LOKALI  -  6 TA’ ĠUNJU 2009

PR0932
Date Icon 28/05/2009
Votanti li ma jkunux jistgħujoqogħdu fil-kju
Il-Kummissjoni Elettoralitgħarraf  illi fil-ġurnata tal-votazzjoni:

1.        persuni li  għalqu  s-70 sena u dawk li jinġiebu fuq ‘stretchers’ jew mill-isptarijiet u istituzzjonijiet tan-nies xjuħ, għandhom  jitħallew  jaqbżu  l-kju f’kull ħin  tal-votazzjoni  mingħajr il-bzonn ta’ ċertifikat tat-tabib.  

2.            Persuni li jippreżentaw il-KartAnzjan u li ma għalqux is-70 sena,  jitħallew jaqbżu  l-kju  bejn  is-1.00 p.m. u  l-5.00 p.m. 

3.            Dawk il-persuni l-oħra li jkunu morda u ma jistgħux jistennew fil-kju irid ikollhom ċertifikat  tat-tabib biex  jitħallew jaqbżu  l-kju u dan wara s-1.00 p.m.   Dawk il-persuni li jippreżentaw il-karta tal-identità speċjali maħruġa mill-Kummissjoni Nazzjonali Persuni b’Diżabilita’ jingħataw l-istess faċilita’  mingħajr  ħtieġa  ta’  ċertifikat  mediku. 

4.            Iżda,  wara kull persuna minn dawk imsemmija f’paragrafi 1, 2 u 3, li jkunu talbu l-assistenza tal-Assistenti Kummissjonarji biex jivvutaw,  għandhom jitħallew jidħlu jivvotaw għaxar votanti li m’għandhomx bżonn ta’ assistenza.  

Il-Kummissjoni Elettorali tirċievi applikazzjonijiet mingħand dawk it-tobba li  mhumiex  kandidati għall-Elezzjonijiet għall-għoti ta’ formoli uffiċjali li jservu bħala ċertifikat mediku  għal persuni morda biex  jitħallew  jaqbżu  l-kju  waqt  il-votazzjoni  fil-ħin imsemmi aktar qabel. Kull tabib li japplika jingħata   mitt  formola  numerata  li  fuqha  jinkiteb  iċ-ċertifikat  u  dan  in-numru ta’ formoli jista’  jiżdied  skond  il-ħtieġa. 

www.electoral.gov.mt

DOI - 28.05.2009

Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA U MILL-MINISTERU GĦALL-POLITIKA SOĊJALI U L-FAMILJA   Aktar għarfien dwar is-saħħa mentali fost it-tfal

PR261985

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA U ...

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU  Il-Prim Ministru Robert Abela jippresjedi l-iffirmar ta’ tliet ftehimiet kollettivi għal madwar 1,700 ħaddiem

PR261984

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU Il-Prim Ministru Robert Abela ji...

Aktar Stqarrijiet Right arrow