AVVIŻ MILL-KUMMISSJONI ELETTORALI - ELEZZJONI GĦALL-MEMBRI PARLAMENTARI EWROPEJ U ELEZZJONIJIET GĦALL-KUNSILLI LOKALI - 6 TA’ ĠUNJU 2009
| Votanti li ma jkunux jistgħu | joqogħdu fil-kju |
| Il-Kummissjoni Elettorali | tgħarraf illi fil-ġurnata tal-votazzjoni: |
1. persuni li għalqu s-70 sena u dawk li jinġiebu fuq ‘stretchers’ jew mill-isptarijiet u istituzzjonijiet tan-nies xjuħ, għandhom jitħallew jaqbżu l-kju f’kull ħin tal-votazzjoni mingħajr il-bzonn ta’ ċertifikat tat-tabib.
2. Persuni li jippreżentaw il-KartAnzjan u li ma għalqux is-70 sena, jitħallew jaqbżu l-kju bejn is-1.00 p.m. u l-5.00 p.m.
3. Dawk il-persuni l-oħra li jkunu morda u ma jistgħux jistennew fil-kju irid ikollhom ċertifikat tat-tabib biex jitħallew jaqbżu l-kju u dan wara s-1.00 p.m. Dawk il-persuni li jippreżentaw il-karta tal-identità speċjali maħruġa mill-Kummissjoni Nazzjonali Persuni b’Diżabilita’ jingħataw l-istess faċilita’ mingħajr ħtieġa ta’ ċertifikat mediku.
4. Iżda, wara kull persuna minn dawk imsemmija f’paragrafi 1, 2 u 3, li jkunu talbu l-assistenza tal-Assistenti Kummissjonarji biex jivvutaw, għandhom jitħallew jidħlu jivvotaw għaxar votanti li m’għandhomx bżonn ta’ assistenza.
Il-Kummissjoni Elettorali tirċievi applikazzjonijiet mingħand dawk it-tobba li mhumiex kandidati għall-Elezzjonijiet għall-għoti ta’ formoli uffiċjali li jservu bħala ċertifikat mediku għal persuni morda biex jitħallew jaqbżu l-kju waqt il-votazzjoni fil-ħin imsemmi aktar qabel. Kull tabib li japplika jingħata mitt formola numerata li fuqha jinkiteb iċ-ċertifikat u dan in-numru ta’ formoli jista’ jiżdied skond il-ħtieġa.
DOI - 28.05.2009
Other Press Releases:
PR261985
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA U ...
PR261984