Shelter ta’ zmien il-Gwerra jgħaddi għand il-Kunsill Lokali ta’ Ħal Tarxien biex ISIR attrazzjoni kulturali
PR0931
28/05/2009
| Is-Segretarju Parlamentari għall-Erarji Pubbliċi | u Artijiet, l-Onor. Jason Azzopardi ippresieda ċerimonja fejn ġie iffirmat Att ta’ Kurazija bejn il-Kunsill Lokali ta’ Ħal Tarxien u s-Sovrantendenza għall-Wirt Kulturali, ta’ shelter kbir ta’ żmien it-tieni Gwerra Dinjija fiċ-ċentru tal-lokal. Il-ħsieb huwa li dan ix-shelter jiġi mdawwar f’attrazzjoni ta’ interess kulturali li tiġbed iżjed viżitaturi lejn dan ir-raħal, b’ġid għall-komunita’. |
| Dr Azzopardi qal li attivitajiet bħal dawn | ifissru kemm il-Gvern jemmen fl-inizjattiva tal-Kunsilli Lokali u entitajiet diversi, illi jissarraf f’ġid għall-komunita’ kollha. F’okkażjonijiet bħal dawn toħrog biċ-ċar kemm huwa importanti li nkomplu nsostnu il-Kunsilli Lokali tagħna kif dejjem għamilna, biex ninkoraġġuhom ikomplu jġibu d-differenza fil-ħajja tan-nies. |
| Dr Azzopardi fakkar kif fil-Munxar biċċa art | fiċ-ċentru tar-raħal, qed tiġi mdawwra fi ġnien innovattiv bl-ewwel open air gym f’pajjiżna. Dan il-ġnien ser ikun imdawwal totalment minn enerġija nadifa, permezz ta’ ċelloli fotovoltajċi li ser jiġu nstallati grazzi għall-inċentivi tal-Gvern. |
| Fl-Għarb, bini li kien tal-Gvern għadda għand | il-Kunsill Lokali biex jiġi żviluppat f’Ċentru Ċiviku li jiġbor fih għadd ta’ servizzi li jkollu bżonn il-pubbliku tal-lokal, miġbura taħt saqaf wieħed. Apparti l-uffiċċju tal-Kunsill Lokali nnifsu bis-servizzi kollha li joffri, dan iċ-ċentru ċiviku ser ikun fih ukoll spiżerija, librerija, servizzi finanzjarji kif ukoll day centre u night shelter. |
| Dr Azzopardi ħabbar li nhar it-Tnejn ser issir | devoluzzjoni ta’ playing field fir-Rabat Għawdex, lil Kunsill Lokali tar-Rabat u dalwaqt ser ikun hemm devoluzzjoni wkoll tal-Ipoġew ta’ Sta. Luċija f’Malta lill-Kunsill Lokali t’hemmhekk. |
| Dr Azzopardi saħaq li llum il-Kunsill Lokali ta’ | Ħal Tarxien ingħaqad mas-sensiela ta’ entitajiet li bbenefikaw mill-politika ta’ devoluzzjoni tal-Gvern li qed tissarraf f’ġid lill-komunita’. Huwa kkonkluda li dan isir fid-dawl tal-ħsieb ta’ użu sostenibbli u razzjonali tal-proprjeta’ tal-Gvern. |
DOI – 28.05.2009
Stqarrijiet Oħra:
PR261985
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA U ...
PR261984