PUNTI MID-DISKORS TAL-ONOR. AUSTIN GATT, MINISTRU GĦALL-INFRASTRUTTURA, TRASPORT U KOMUNIKAZZJONI, MATUL IŻ-ŻJARA TIEGĦU F’BOILER WHARF – 27 TA’ MEJJU 2009
| Meta l-Gvern ħabbar | il-viżjoni tiegħu għar-riġenerazzjoni tal-Port il-Kbir u Marsamxett, l-għan kien li jfassal viżjoni għaż-żewġ portijiet ewlenin. |
| Viżjoni li għandha twassal | għal trasformazzjoni ekonomika ta’ pajjiżna u fil-ħolqien ta’ aktar postijiet tax-xogħol ta’ kwalità. |
| Din it-trasformazzjoni qed | isir f’dak li s-settur Marittimu jista’ joffri lill-pajjiżna. U dan kollu bejn balance ta’ bżonnijiet kummerċjali u l-preservazzjoni tal-istorja li jġorru magħhom il-portijiet. |
| L-għan ewlieni hu li nkomplu | niżviluppaw u nsaħħu dak li joffri pajjiżna lit-turist, speċjalment dak li jiġi permezz tal-cruises u anke dak li jiġi permezz tal-yatch privata tiegħu. |
Illum ninsabu f’Boiler Wharf.
Hawnhekk se sseħħ bidla f’moll ġdid għal cruise liners, moll li se jikkumplimenta dak fil-Valletta Waterfront.
Dan se jfisser:
· Aktar turisti li jżuru dawn l-inħawi ta’ Malta u b’hekk jiżdied ix-xogħol u l-kummerċ
· It-turist jinżel u jsib ruħu fit-tliet ibliet li joffru storja affaxxinanti
· U dan kollu se jiġġenera stil ta’ ħajja ġdid fil-komunità ta’ dawn l-inħawi, bl-istess mod kif ħa l-ħajja l-Valletta Waterfront
Il-bżonn ta’ aktar mollijiet ta’ dan il-kobor fil-Port il-Kbir ilu jinħass u l-Gvern se jinvesti hekk kif id-domanda kompliet tiżdied.
· Bejn l-1998 u l-2008 il-cruises madwar id-dinja żdiedu b’aktar mid-doppju, minn tmien miljun passiġġier għal aktar minn sittax-il miljun.
- Hu stmat, skont il-European Cruise Council 2009, li kull passiġġier fuq cruise liner jonfoq medja ta’ €60 f’kull port li jżuru.
- Malta tinsab fir-4 post tal-aktar portijiet li fihom jidħlu cruise liners fost il-portijiet fil-Mediterran.
Iz-żieda fl-industrija tagħna hi sinifikanti.
Tul l-2008 kien hemm żewġ okkażjonijiet meta f’ġurnata waħda ġew Malta 6 cruise liners, tliet okkażjonijiet fejn daħlu 5 vapuri f’ġurnata waħda, 24 darba fejn daħlu 4 cruise liners f’salt u 32 darba fejn kellna 3 cruise liners.
Boiler Wharf issa se joffri:
- Alternattiva adegwata biex jorbot cruise liner meta l-port ikun mimli attività
- Ikun hemm ppjanar aħjar biex jiddaħħlu l-cruise liners
§ It-tul ta’ dan il-moll hu 465metru u miegħu jistgħu jorbtu vapuri ta’
300 metru.
· L-ewwel fażi bdiet u se tintemm f’Lulju li ġej. Din kienet tikkonsisti f’riabilitazzjoni tal-post u swiet madwar €400,000;
- Tindif u tneħħija ta’ materjali li kien fadal (s’issa neħħejna 50 tunnelata)
- Tindif tal-culverts
- Tindif tas-swar u tneħħija ta’ pajpijiet u wires żejda
- Tneħħija tal-high tension cables
- Tneħħew l-iswitch gear u t-trasformers kollha
- Twaqqgħu strutturi tal-metall
- Restawr tal-hard standing facility
- Istallazzjoni tas-security fences u gates
- Tiswija tal-gandotti fejn jgħaddi l-ilma tax-xita
- Stallazzjoni tas-CCTV u dwal
- Stallazzjoni ta’ sistema tal-kontroll elettronika
- Riabilitazzjoni ta’ strutturi li se jintużaw waqt li jorbtu l-cruise liners bħall-faċilità għall-informazzjoni tat-turisti.
· Bħalissa qed isiru studji biex jiddeterminaw l-infrastruttura neċessarja għall-moll – it-tħaffir u l-infrastruttura neċessarja. Dan kollu jibda hekk kif jintemm l-istaġun tal-cruise liners għal din is-sena.
· Dan il-moll se jippermetti li jidħlu f’Malta cruise liners akbar.
DOI - 27.05.2009
Stqarrijiet Oħra:
PR261985
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA U ...
PR261984