Il-Ministru Dolores Cristina tinawgura t-tieni edizzjoni tal-Fiera tal-Ktieb malti
PR0920
27/05/2009
| Il-Ministru tal-Edukazzjoni, Kultura, Żgħażagħ u | Sport, Dolores Cirstina dal-għodu fetħet it-tieni edizzjoni tal-Fiera tal-Ktieb Malti li qed issir fil-kuruduri ta’ Auberge d’Italie u tkun miftuħa sa tmiem il-ġimgħa. |
| F’diskors li għamlet il-Ministru Dolores | Cristina qalet li hu ta’ unur għaliha li għat-tieni sena konsekuttiva tiftaħ il-Fiera tal-Ktieb Malti li hi attivita’ li turi kemm il-ktieb Malti għamel progress f’dawn l-aħħar snin. |
| Din | hi wirja tal-bosta tipi ta’ kotba Maltin li llum għandna fis-suq. Kotba kemm għat-tfal kif ukoll għall-kbar, kotba ta’ kull ġeneru: minn dawk edukattivi għal oħrajn bażati fuq il-fantasija u l-fantaxjenza. |
| Hu | pożittiv li l-Fiera din is-sena kibret u hawn aktar parteċipanti mis-sena li għaddiet u qed issir f’post aktar ċentrali. Hija l-politika tal-Gvern li postijiet bħal dawn, fejn hu possibli, jintużaw għall-attivitajiet kulturali. |
| Din | hi Fiera mfittxija minn ħafna nies u dan jixhed kemm il-ktieb hu maħbub f’Malta minkejja l-pessimiżmu ta’ bosta li l-poplu Malti ma jaqrax. Għalkemm bħala pajjiż, Malta m’hix fil-quċċata ta’ l-istatistika ta’ min jaqra u fadal ħafna xi jsir, dan żgur mhux għax għandna nuqqas ta’ kotba. |
| Il-Ministru Cristina saħqet li lkoll irridu | nimpenjaw ruħna biex il-qari joktor dejjem iżjed. Il-preżenza tal-pubblikaturi fil-Fiera, toffri provokazzjoni pożittiva għal min jagħżel li jaqra, għax hawn materjal ta’ kwalita’ għolja. |
| Hi | żjiedet li kull ktieb hu Ċelebrazzjoni. Ċelebrazzjoni ta’ idea. Kull ktieb hu importanti biex il-qarrej jikber aktar u jsir bniedem sħiħ. Bis-saħħa tal-ktieb ikollna persuni b’saħħithom intelletwalment. |
| F’okkażjoni bħal wieħed ma jistax ma jifraħx | għall-ħidma li l-pubblikaturi qed iwettqu. Il-Ministeru jħossu kburi bil-kisbiet li qed jagħmlu l-pubblikaturi Maltin. Il-Gvern ma jistax ma jsellimx lill-pubblikaturi Maltin li qed jużaw flushom u t-talenti tagħhom biex il-pajjiż jikber u jistagħna kulturalment. |
| “Il-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb qed jaħdem bla | heda biex is-settur tal-ktieb jiġi megħjun anke fuq livell ta’ industrja. Inizjattiva valida hi dik l-idea li flimkien mal-ambaxxati u l-konsolati tagħna mferrxin mad-dinja naħdmu biex nippromovu l-ktieb Malti anke ‘l hinn minn xtutna. Jalla dawn l-ideat tal-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb iħallu l-frott mixtieq.” qalet il-Ministru Cristina. |
| “Il-Ministeru tal-Edukazzjoni, Kultura, Żgħazagħ | u Sport hu kburi bil-ħidma ta’ l-awturi Maltin u jemmen ukoll li l-awturi għandhom missjoni xi jwettqu. Barra li jiktbu l-kotba li hija l-ewwel sejħa tagħhom, l-awturi għandhom ikunu fanali ħajja fis-soċjeta’ fejn ma jibżgħux jitkellmu u jesprimu ruħhom fuq ħwejjeġ ta’ materja nazzjonali u internazzjonali. L-awturi għandhom jiggwidaw il-pajjiż. Għandhom ikunu il-kuxjenza tan-nazzjon.” |
| Illum ma fadalx aktar skużi li wieħed ma jsibx | x’jaqra. Il-libreriji Maltin u l-ħwienet tal-kotba huma mimlija b’titli validi kemm ta’ kotba Maltin kif ukoll ta’ kotba barranin. Barra minn dan, permezz ta’ l-Internet, illum f’qasir żmien wieħed jista’ jġib dawk il-kotba li jixtieq. Jiżbalja min jaħseb li t-teknoloġija għad teqred il-ktieb. Pjuttost tgħin il-ktieb. Dan jixduh il-pubblikaturi stess li għandhom is-siti elettroniċi tagħħom li minn fuqhom qegħdin ibieghu l-kotba tagħhom. |
| Għalhekk filwaqt li mill-ġdid irringrazzjat | lill-esibituri li qed jieħdu sehem f’din il-Fiera, Il-Ministru Cristina rringrazzjat ukoll lill-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb għall-ħidma ferm utli li qed iwettaq, u awgurat li eluf ta’ Maltin iżuru din il-fiera u joħorġu minnha b’xi ktieb jew tnejn magħhom biex inkomplu nkattru l-kultura tal-qari f’pajjiżna. |
DOI - 27.05.2009
Stqarrijiet Oħra:
PR261985
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA U ...
PR261984