Left arrow Go Back

Il-Ministru Dolores Cristina tinawgura t-tieni edizzjoni tal-Fiera tal-Ktieb malti

PR0920
Date Icon 27/05/2009
Il-Ministru tal-Edukazzjoni, Kultura, Żgħażagħ uSport, Dolores Cirstina dal-għodu fetħet it-tieni edizzjoni tal-Fiera tal-Ktieb Malti li qed issir  fil-kuruduri ta’ Auberge d’Italie u tkun miftuħa sa tmiem il-ġimgħa.
F’diskors li għamlet il-Ministru DoloresCristina  qalet li hu ta’ unur għaliha li għat-tieni sena konsekuttiva tiftaħ il-Fiera tal-Ktieb Malti li hi attivita’ li turi kemm il-ktieb Malti għamel progress f’dawn l-aħħar snin.
Dinhi wirja  tal-bosta tipi ta’ kotba Maltin li llum għandna fis-suq.  Kotba kemm għat-tfal kif ukoll għall-kbar, kotba ta’ kull ġeneru: minn dawk edukattivi għal oħrajn bażati fuq il-fantasija u l-fantaxjenza.
Hupożittiv li l-Fiera din is-sena kibret u hawn aktar parteċipanti mis-sena li għaddiet u qed issir f’post aktar ċentrali.  Hija l-politika tal-Gvern li postijiet bħal dawn, fejn hu possibli, jintużaw għall-attivitajiet kulturali.
Dinhi Fiera mfittxija minn ħafna nies u dan jixhed kemm il-ktieb hu maħbub f’Malta minkejja l-pessimiżmu ta’ bosta li l-poplu Malti ma jaqrax.  Għalkemm bħala pajjiż, Malta m’hix fil-quċċata ta’ l-istatistika ta’ min jaqra u fadal ħafna xi jsir, dan żgur mhux għax għandna nuqqas ta’ kotba.
Il-Ministru Cristina saħqet li lkoll irridunimpenjaw ruħna biex il-qari joktor dejjem iżjed. Il-preżenza tal-pubblikaturi fil-Fiera, toffri provokazzjoni pożittiva għal min jagħżel li jaqra, għax hawn materjal ta’ kwalita’ għolja.
Hiżjiedet li kull ktieb hu Ċelebrazzjoni. Ċelebrazzjoni ta’ idea.  Kull ktieb hu importanti biex il-qarrej jikber aktar u jsir bniedem sħiħ.  Bis-saħħa tal-ktieb ikollna persuni b’saħħithom intelletwalment.
F’okkażjoni bħal wieħed ma jistax ma jifraħxgħall-ħidma li l-pubblikaturi qed iwettqu.  Il-Ministeru jħossu kburi bil-kisbiet li qed jagħmlu l-pubblikaturi Maltin.   Il-Gvern ma jistax ma jsellimx lill-pubblikaturi Maltin li qed jużaw flushom u t-talenti tagħhom biex il-pajjiż jikber u jistagħna kulturalment.
“Il-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb qed jaħdem blaheda biex is-settur tal-ktieb jiġi megħjun anke fuq livell ta’ industrja.  Inizjattiva valida hi dik l-idea li flimkien mal-ambaxxati u l-konsolati tagħna mferrxin mad-dinja naħdmu biex nippromovu l-ktieb Malti anke ‘l hinn minn xtutna.  Jalla dawn l-ideat tal-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb iħallu l-frott mixtieq.” qalet il-Ministru Cristina.
“Il-Ministeru tal-Edukazzjoni, Kultura, Żgħazagħu Sport hu kburi bil-ħidma ta’ l-awturi Maltin u jemmen ukoll li l-awturi għandhom missjoni xi jwettqu.  Barra li jiktbu l-kotba li hija l-ewwel sejħa tagħhom, l-awturi għandhom ikunu fanali ħajja fis-soċjeta’ fejn ma jibżgħux jitkellmu u jesprimu ruħhom fuq ħwejjeġ ta’ materja nazzjonali u internazzjonali.  L-awturi għandhom jiggwidaw il-pajjiż.  Għandhom ikunu il-kuxjenza tan-nazzjon.”
Illum ma fadalx aktar skużi li wieħed ma jsibxx’jaqra. Il-libreriji Maltin u l-ħwienet tal-kotba huma mimlija b’titli validi kemm ta’ kotba Maltin kif ukoll ta’ kotba barranin. Barra minn dan, permezz ta’ l-Internet, illum f’qasir żmien wieħed jista’ jġib dawk il-kotba li jixtieq.  Jiżbalja min jaħseb li t-teknoloġija għad teqred il-ktieb.  Pjuttost tgħin il-ktieb.  Dan jixduh il-pubblikaturi stess li għandhom is-siti elettroniċi tagħħom li minn fuqhom qegħdin ibieghu l-kotba tagħhom.
Għalhekk filwaqt li mill-ġdid irringrazzjatlill-esibituri li qed jieħdu sehem f’din il-Fiera, Il-Ministru Cristina rringrazzjat ukoll lill-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb għall-ħidma ferm utli li qed iwettaq, u awgurat li eluf ta’ Maltin iżuru din il-fiera u joħorġu minnha b’xi ktieb jew tnejn magħhom biex inkomplu nkattru l-kultura tal-qari f’pajjiżna.

DOI - 27.05.2009

Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA U MILL-MINISTERU GĦALL-POLITIKA SOĊJALI U L-FAMILJA   Aktar għarfien dwar is-saħħa mentali fost it-tfal

PR261985

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA U ...

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU  Il-Prim Ministru Robert Abela jippresjedi l-iffirmar ta’ tliet ftehimiet kollettivi għal madwar 1,700 ħaddiem

PR261984

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU Il-Prim Ministru Robert Abela ji...

More Press Releases Right arrow