Left arrow Mur Lura

L-ISKEMI TAL-KORPORAZZJONI GĦAX-XOGĦOL U T-TAĦRIĠ QED JGĦINU BIEX AKTAR FABBRIKI JKOMPLU JINVESTU F’PAJJIŻNA

PR0918
Date Icon 27/05/2009
Ftit tal-ġimgħat ilu tnedewuffiċjalment l-iskemi tal-Employment and Training Corporation (ETC) kofinanzjati mill-Unjoni Ewropea. L-Onor. John Dalli Ministru għall-Politika Soċjali żar il-fabbrika Infratec, li timmanifattura oġġetti ta’ eletronika. Din il-fabbrika fetħet f’pajjiżna fis-sena 2000 u llum disa’ snin wara, kabbret l-operat tagħha f’Malta, tant li ttrasferiet il-kwartieri tagħha f’pajjiżna u llum qed tħaddem mat-80 ruħ.
Biex tkabbar l-operat tagħhadin il-Kumpanija apparti li għamlet investimenti infrastrutturali kbar f’pajjiżna, għamlet użu minn skema partikolari tal-ETC dik tal-Employment Aid Programme, sabiex assorbiet ħaddiema minn fabbriki oħra li spiċċaw bla xogħol minħabba li l-kumpanija li kienu jaħdmu magħha, għalqet l-operat tagħha f’pajjiżna.
Il-Ministru Dalli fid-diskorstiegħu sostna li minkejja li d-dinja għaddejja minn kriżi ekonomika, bosta kumpaniji rnexxielhom mhux talli jżommu l-operat tagħhom iżda jkomplu jinvestu. Il-Ministru Dalli sostna li bl-għajnuna ta’ dawn l-iskemi l-ETC qed tagħmilha aktar faċli biex aktar kumpaniji jkabbru l-operat tagħhom f’pajjiżna u jsibu l-ħaddiema kompetenti bil-ħiliet li għandhom bżonn.
Peress li l-ekonomija tagħnahi waħda dinamika ma nistgħux inwaqqfu din l-evoluzzjoni ekonomika, imma rridu naddattaw għal sitwazzjonijiet ġodda. Il-Ministru Dalli qal li jenħtieġ li wara li tgħaddi din il-kriżi ekonomika dinjija, Malta trid toħroġ aktar b’saħħitha, għalhekk permezz ta’ skemi bħal dawn l-ETC, qed tassikura biex naghmluha aktar faċli biex minn iħaddem jagħti opportunita’ lil kemm jista’ jkun nies, u li dawn l-opportunitajiet jingħataw ukoll lil min ikun qed ibati minn xi tip ta’ żvantaġġ, reali jew perċepit.
Nagħmluh ukoll billi narawlill-ħaddiema tagħna bi snajja’ differenti li tagħmilhom versatili fil-qasam tax-xogħol.
L-Employment Aid Programmehuwa immirat biex jindirizza l-isfidi tal-klijenti ta’ din il-Korporazzjoni, li għal xi raġuni jew oħra jinsabu f’pożizzjoni ta’ żvantaġġ fis-suq tax-xogħol. Hemm ’l fuq minn €8 miljun sabiex jgħinu lill-dawn il-persuni żvantaġġati jidħlu lura fid-dinja tax-xogħol.

B’dan il-programm qegħdin ukoll ngħinu:

·        persuni żgħażagħ li spiċċaw l-iskola u għad m’għandhomx esperjenza ta’ impjieg,

·        persuni li ilhom nieqsa mid-dinja tax-xogħol u issa jridu jerġgħu jidħlu lura f’impjieg,

·        persuni li qed jieħdu ħsieb persuni oħra waqt li jkunu f’impjieg,

·        persuni li għandhom ’il fuq minn ħamsin sena,

·        persuni li ilhom jirreġistraw għal impjieg,  u

·        persuni b’diżabilita`.

Fil-fatt taħt din l-iskema, l-ETC diġa’ rċeviet 150 applikazzjoni, 69 f’Malta u 54 f’Għawdex.  

Aktar dettalji dwar din l-iskema jistgħu jinkisbu minn http://www.etc.gov.mt/site/page.aspx?pageid=2282

DOI – 27.05.2009

Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA U MILL-MINISTERU GĦALL-POLITIKA SOĊJALI U L-FAMILJA   Aktar għarfien dwar is-saħħa mentali fost it-tfal

PR261985

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA U ...

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU  Il-Prim Ministru Robert Abela jippresjedi l-iffirmar ta’ tliet ftehimiet kollettivi għal madwar 1,700 ħaddiem

PR261984

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU Il-Prim Ministru Robert Abela ji...

Aktar Stqarrijiet Right arrow