Left arrow Mur Lura

STQARRIJA MILL-MINISTERU TAL-FINANZI, L-EKONOMIJA U INVESTIMENT, U L-MINISTERU TAL-EDUKAZZJONI, KULTURA, ŻGĦAŻAGĦ U SPORT

PR0917
Date Icon 26/05/2009
Il-Gvern ma għalaq ebda biebgħal diskusssjonijiet
Kuntrarjament għal dak li qalis-Sur John Bencini, President tal-MUT f’kummenti lill-istampa l-lum wara nofsinhar, il-Ministru tal-Finanzi, l-Ekonomija u Investment Tonio Fenech, u l-Ministru tal-Edukazzjoni, Kultura, Żgħażagħ u Sport, Dolores Cristina, jiċħdu kategorikament li f’laqgħa informali li kellhom it-Tnejn li għadda ma’ uffiċjali tal-MUT, il-Gvern qatt għalaq il-bieb għal diskussjonijiet mal-Union dwar it-talbiet ġodda li qed tagħmel lill-Gvern.
Waqt l-iffirmar ta’ żewġMemoranda of Understanding fil-Ministeru tal-Edukazzjoni, li minnhom ser jibbenefikaw 1,438 persuna, Bencini qal li din l-okkażżjoni sabiħa hi mtappna minn dak li seħħ f’laqgħa nhar it-Tnejn li għadda fejn il-Gvern għalaq għal kollox il-bieb għat-talbiet tal-MUT.
Il-Ministru Dolores Cristinaċaħdet li fl-imsemmija laqgħa b’xi mod il-Gvern għalaq il-bieb lill-MUT.  Minflok, il-Gvern ippropona li jsir Studju Komparattiv dwar il-kundizzjonijiet tax-xogħol tas-setturi kollha fis-Servizz Pubbliku biex issir xi ħaġa armonjuża u komplessiva u mhux ikunu kunsidrati kategoriji individwali.  Il-Gvern ried sitt xhur żmien biex isir dan l-istudju u qatt ma għalaq ebda bieb lill-MUT.

DOI – 26.05.2009

Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA U MILL-MINISTERU GĦALL-POLITIKA SOĊJALI U L-FAMILJA   Aktar għarfien dwar is-saħħa mentali fost it-tfal

PR261985

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA U ...

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU  Il-Prim Ministru Robert Abela jippresjedi l-iffirmar ta’ tliet ftehimiet kollettivi għal madwar 1,700 ħaddiem

PR261984

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU Il-Prim Ministru Robert Abela ji...

Aktar Stqarrijiet Right arrow