Left arrow Mur Lura

Malta u l-Italja jistiednu lil-Libja sabiex it-tliet pajjiżi jiltaqgħu flimkien ix-xahar id-dieħel

PR0916
Date Icon 26/05/2009
Il-Viċi Prim Ministru u Ministru tal-AffarijietBarranin, Tonio Borg illum kellu laqgħa mal-Ministru tal-Affarijiet Barranin Taljan, Franco Frattini fil-Farnesina f’Ruma.
Din il-laqgħa ġiet deskritta miż-żewġ Ministribħala waħda pożittiva ħafna. It-tema prinċipali ta’ din il-laqgħa kienet l-immigrazzjoni llegali. Iż-żewġ pajjiżi fissru f’iktar dettal l-isfida li qegħdin jiffaċjaw u qed jimpenjaw ruħhom li jpoġġu din l-problema fil-kuntest Ewropew iktar minn qatt qabel.
Waqt konferenza tal-aħbarijiet fi tmiem dinil-laqgħa, il-Viċi Prim Ministru Tonio Borg ħabbar li Malta u l-Italja qed jistiednu lill-Ministru tal-Affarijiet Barranin Libjan sabiex jattendi għal laqgħa f’Ruma bejn it-tliet pajjiżi, bit-tema tal-laqgħa tkun l-immigrazzjoni illegali.
Il-Ministru tal-Affarijiet Barranin Malti stqarrli Malta ssostni l-politika li qed tħaddan l-Italja dwar ir-ritorn ta’ immigranti llegali lura lejn il-Libja, li jkunu ġew interċettati f’ibħra internazzjonali. F’dan ir-rigward kemm il-Ministru Malti kif ukoll dak Taljan ferħu lil-Libja għall-mod kif fl-aħħar ġimgħat ikkollaborat sabiex jinstabu soluzzjonijiet għal din it-traġedja umana.
Il-Ministru Taljan Franco Frattini stqarr lil-Italja ssostni l-proposta li għamlet Malta, sabiex jiġi msaħħaħ l-Uffiċċju tal-United Nations High Commissioner for Refugees (UNHCR) fi  Tripli l-Libja.

DOI – 26.05.2009

Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA U MILL-MINISTERU GĦALL-POLITIKA SOĊJALI U L-FAMILJA   Aktar għarfien dwar is-saħħa mentali fost it-tfal

PR261985

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA U ...

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU  Il-Prim Ministru Robert Abela jippresjedi l-iffirmar ta’ tliet ftehimiet kollettivi għal madwar 1,700 ħaddiem

PR261984

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU Il-Prim Ministru Robert Abela ji...

Aktar Stqarrijiet Right arrow