Left arrow Mur Lura

STQARRIJA TAL-MINISTERU GĦALL-INFRASTRUTTURA, TRASPORT U KOMUNIKAZZJONI

PR0915
Date Icon 26/05/2009
It-trasport pubblikugħandu jkun ippjanat skond ix-xewqat tal-passiġġieri mhux tas-sidien
L-ATP illum reggħet tennietil-konfużjoni klassika tagħha bejn id-dritt għall-konsultazzjoni u l-veto tagħha fuq riforma fit-trasport pubbliku.
Il-Gvern ikkonsulta lill-ATP dwar kif għandujkun irriformat it-trasport pubbliku. L-hekk imsejħa sfida tal-lum biex il-Gvern jippubblika l-minuti tal-laqgħat ta’ konsultazzjoni hi mossa redikola l-aktar meta l-Maltin raw fuq it-televiżjoni fil-5 ta’ Diċembru li għadda lis-sidien membri tal-ATP jesprimu l-veduti tagħhom dwar ir-riforma fit-trasport pubbliku waqt il-konferenza nazzjonali dwar is-suġġett.
Dan minbarra l-pożizzjonijiet miktuba tal-ATPdwar dan is-suġġett inkluża l-istqarrija tal-lum.
Il-verità, hi li essenzjalment il-kontribut tal-ATPgħar-riforma kien strajk, protesti u stqarrijiet partiġġjani. Dan minflok li l-ATP ħejjiet ruħha u lill-membri tagħha biex jikkompetu fi proċess ta’ tender.
L-ATP hija skorretta meta tgħid li l-Gvern qedjeskludiha milli toffri xi servizz ta' ġarr bla skeda. Qabel ir-riforma tat-trasport bla skeda dan is-settur kien ristrett u x-xufiera tal-karozzi tal-linja kienu esklużi milli joffru servizzi lit-turisti. Imma issa jistgħu jagħmlu dan ukoll u s-suq infetaħ għalihom. Iżda l-ATP trid tifhem li kemm fis-settur tat-trasport mingħajr skeda u fis-settur tat-trasport bi skeda, mhix l-ATP li tiddeċiedi x’inhuma il-livelli ta’ servizz meħtieġa, iżda l-Gvern li jiddeċiedi fl-interess tal-passiġġieri u l-konsumaturi u mhux neċessarjament fl-interess tal-operaturi.
L-argument tal-ATP li l-Gvern kellu jabbandunal-interessi tal-passiġġieri Maltin biex jipproteġi l-interessi tal-operaturi kontra normi Ewropej ta’ liberalizzazzjoni hu miċħud għal kollox mill-Gvern. Il-livell ta’ servizz li għandhom il-Maltin hu waħdu ġustifikazzjoni għar-riforma, anke jekk l-ATP ma tridhiex.
Il-Gvern itenni li r-riforma fit-trasportpubbliku se ssir u f’dan is-sajf issir is-sejħa pubblika għall-offerti ta’ min irid joffri dan is-servizz. L-ATP hi mistiedna torganizza ruħha u ttejjeb is-servizz li toffri biex tikkompeti għal dan il-kuntratt. Ikun ċar iżda li jekk l-aspettattivi tal-ATP hi li jkun hemm sussidju ta’ 45 miljun ewro (iċ-ċifra li ċċitat hi l-bieraħ) biex toffri s-servizz li jeħtieġ il-pubbliku Malti b’nolijiet aċċessibbli għal kulħadd, il-kuntratt ċertament jingħata lil offerenti li jkunu qed jagħmlu offerta bil-bosta aktar kompetittiva minn hekk.

DOI - 26.05.2009

Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA U MILL-MINISTERU GĦALL-POLITIKA SOĊJALI U L-FAMILJA   Aktar għarfien dwar is-saħħa mentali fost it-tfal

PR261985

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA U ...

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU  Il-Prim Ministru Robert Abela jippresjedi l-iffirmar ta’ tliet ftehimiet kollettivi għal madwar 1,700 ħaddiem

PR261984

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU Il-Prim Ministru Robert Abela ji...

Aktar Stqarrijiet Right arrow