Iffirmati żewġ “Memoranda of Understanding” bejn il-Gvern u l-MUT: 1438 persuna se jibbenefikaw minn kundizzjonijiet aħjar ta’ xogħol
PR0914
26/05/2009
| Il-Gvern u | l-Malta Union of Teachers (MUT) iffirmaw żewġ Memoranda of Understanding li jolqtu l-kategoriji ta’ Kindergarten Assistants, Supply Teachers, Supply Kindergarten Assistants u Supply Learning Support Assistants li permezz tagħhom, 1,438 persuni jistgħu jgawdu minn aktar serħan il-moħħ u kundizzjonijiet aħjar ta’ xogħol. |
| Dan il-qbil li | ntlaħaq wara negozjati twal u diffiċli se jsolvi problemi li f’ċerti każi ilhom ikaxkru għal numru ta’ snin. |
| Permezz | tal-ftehim dawk il-persuni li mil-lum ‘l quddiem ikunu ngaġġati f’xi waħda mill-kategoriji msemmija b’kuntratt definit ta’ xogħol, jekk jimpenjaw ruħhom li jtejjbu l-kwalifiki tagħhom, wara li jkun ilhom erba’ snin fl-impjieg, il-kuntratt tagħhom jinbidel f’wieħed indefinit. |
| Għal dawk li | ilhom impjegati f’dawn il-kategoriji għal numru ta’ snin u m’għandhomx il-kwalifiki meħtieġa, il-Gvern se jagħtihom iċ-ċans li jtejbu l-kwalifiki tagħhom b’korsijiet apposta, biex barra li jingħataw kuntratt indefinit ta’ xogħol, ikunu jistgħu javanzaw ukoll fil-karriera. It-tul ta’ dawn il-korsijiet ivarja skond is-snin li dawn l-impjegati ilhom fl-impjieg. |
| Fil-każ tal-Kindergarten | Assistants, għall-ewwel darba il-ħaddiema f’din il-kategorija se jingħataw għarfien għas-snin ta’ esperjenza li għandhom, kif ukoll taħriġ speċjalizzat biex ikunu jistgħu javvanzaw fil-karriera tagħhom. |
| Biex aktar jgħin | lil dawk il-persuni f’kategoriji ta’ Supply Teachers, Supply Kindergarten Assistants u Supply Learning Support Assistants, id-Direttorat għal Servizzi Edukattivi qed joffrilhom ukoll is-servizz ta’ gwida u konsulenza biex huma jagħżlu korsijiet adattati li jgħinuhom fil-mixja ‘l quddiem tal-karriera. |
| Il-Gvern u | l-Malta Union of Teachers ftehmu wkoll li l-persuni li llum huma fi grad ta’ Kindergarten Assistant ikunu assimilati fil-grad ta’ Kindergarten Assistant I jew Kindergarten Assistant II skond il-każ. |
| Permezz ta’ dan il-qbil, aktar miżuri li kienu | inklużi fil-Ftehim milħuq bejn il-Gvern u l-MUT fl-2007, daħlu fis-seħħ. |
| F’kelmtejn li għamlet wara l-iffirmar ta’ dawn | iż-żewġ dokumenti, il-Ministru tal-Edukazzjoni, Kultura, Żgħażagħ u Sport, Dolores Cristina, iddeskriviet dan il-ftehim bħala pass ieħor ‘l quddiem biex intejbu l-kwalita’ tal-edukazzjoni f’pajjiżna billi l-impjegati li huma nkarigati mit-tagħlim u l-kura tat-tfal tagħna sa minn eta’ bikrija, qed jingħataw l-opportunita’ biex ikomplu jiżviluppaw personalment kif ukoll professjonalment. |
| Dan il-ftehim għandu jagħti sens akbar ta’ | sigurta’ fl-impjieg lil mijiet ta’ ħaddiema li x-xogħol tagħhom dejjem kien wieħed definit u li issa se jkunu rikonoxxuti s-snin twal ta’ servizz li taw lill-komunita’ u se jingħataw kuntratt indefinit. Dan ikun ifisser ukoll il-possibilta’ li dawk li diġa’ huma kwalifikati jew dawk li jirnexxielhom jikkwalifikaw bl-għajnuna li se tingħatalhom, ikollhom ċans ukoll ikomplu javvanzaw u jieħdu pagi u kundizzjonijiet aħjar. |
| Il-Ministru Cristina rringrazzjat lil dawk | kollha li fis-snin li għaddew ħadmu bħala Supply Teachers, Supply Kindergarten Assistants u Supply Learning Support Assistants għax-xogħol dedikat tagħhom tul is-snin u qalet li b’dan il-ftehim il-Gvern qed jirrikonoxxi l-ħiliet tagħhom u jagħraf li huma kapaċi joffru edukazzjoni ta’ livell lit-tfal fdati lilhom. |
| Hi sostniet li l-Gvern dejjem qed ipoġġi | l-edukazzjoni bħala prijorita’ għal pajjiżna. Dan biex filwaqt li nkomplu ntejbu s-sistema edukattiva għal ġid ta’ uliedna, jgħin biex tintlaħaq il-mira li pajjiżna sal-2015 isir ċentru ta’ eċċellenza fil-qasam edukattiv. |
| Dan hu pass ieħor biex niggarantixxu li wliedna | jirnexxu lkoll. L-edukazzjoni hi l-mezz kif uliedna jistgħu jitħejjew aħjar għad-dinja tax-xogħol li qed tinbidel kontinwament u għalhekk anke s-sistema edukattiva trid tkompli tiżviluppa u tinbidel biex tibqa’ rilevanti għall-ħtiġijiet tal-lum. |
| Il-Ftehim kien iffirmat minn Dr. Christopher | Bezzina, Segretarju Permanenti fil-Ministeru tal-Edukazzjoni, Kultura, Żgħażagħ u Sport; Micheline Sciberras u Dr. Grace Grima, iż-żewġ Diretturi Ġenerali fid-Direttorat tal-Edukazzjoni u Mario Grixti mill-Management and Personnel Office fl-Uffiċċju tal-Prim Ministru. Għall-MUT iffirmaw il-President John Bencini, is-Segretaru Ġenerali Franklyn Barbara u l-Viċi President Anzjan Kevin Bonello. |
DOI – 26.05.2009
Stqarrijiet Oħra:
PR261985
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA U ...
PR261984