Stqarrija mill-Ministeru gĦall-Infrastruttura, Trasport u Komunikazzjoni
PR0911
25/05/2009
| Dwar l-istqarrija ta’ l-ATP dwar it-trasport | pubbliku |
| Mingħajr ma’ jidħol f’diskorsi twal bħal ma | għamlet l-Assoċjazzjoni tat-Trasport Pubbliku (ATP) fl-istqarrija tagħha, l-Gvern jinnega kategorikament li s-servizz li jixtieq, tat-trasport pubbliku ser jiswa € 45 miljun aktar f’sussidji milli jiswa llum. Huwa d-dover tal-Gvern li jistabbilixxi l-aspettattivi tas-servizz li jrid li jkun hawn f’Malta. Dan il-Gvern għamlu diversi xhur ilu għax jidhirlu li f’Malta jixraq li jkun hawn servizz ta’ trasport pubbliku effiċjenti, modern u ta’ min joqgħod fuqu. Il-Gvern qatt ma ħeba l-fatt illi is-servizz il-ġdid ser ikollu bżonn ta’ sussidju sakemm jaqbad u qatt ma ċaħħad lill-ATP minn kumpens adekwat u ġġustifikat. |
| Il-Ministeru wera lill-ATP l-korrispondenza | bejnu u bejn il-Kummissjoni Ewropea li turi b’mod ċar li dak li qed tissuġġerixxi l-ATP mhux permessibbli. Dan l-ATP ilha tafu diversi xhur, bħalma ilha taf il-prinċipji kollha tar-riforma li jrid il-Gvern. |
| Matul l-aħħar xhur saru diversi | laqgħat ma’ l-ATP kemm dwar il-prinċipji tar-riforma kif ukoll dwar il-kumpens lill-operaturi ta’ bħalissa. Il-Gvern irċieva talba għall-kumpens u staqsa lil-ATP biex tipprovdi workings li jiġġustifikaw it-talba tagħhom għall-kumpens. Il-Gvern għandu skedat it-tkomplija tal-laqgħat għan-negozjati mal-ATP u l-ATP qed turi rieda ħażina meta tagħmel dawn l-istqarrijiet mimlija retorika f’nofs negozjati. |
| Dwar il-fatt illi l-operaturi | għamlu diversi tentattivi biex jitjieb is-servizz, wieħed jista’ jistaqsi lil min juża s-servizz. Il-verità hi li l-poplu Malti u t-turisti li jżuruna ħaqqhom servizz adekwat u s-servizz li hemm illum ma jixraqlux din id-definizzjoni. |
| L-ATP trid tippersisti | f’posizzjonijiet intransiġenti li ma jwasslu mkien. Dan waħdu jiġġustifika d-deċiżjoni talli ser jipproċedi bis-sejħa għall-offerti u jekk trid, l-ATP tipparteċipa taħt kundizzjonijiet li jkunu jgħoddu l-istess għall-kompetituri kollha. |
DOI - 25.05.2009
Stqarrijiet Oħra:
PR261985
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA U ...
PR261984