Left arrow Mur Lura

STQARRIJA TAL-MINISTERU TAL-EDUKAZZJONI, KULTURA, ŻGĦAŻAGĦ U SPORT

PR0910
Date Icon 25/05/2009
Reviżjoni tat-Tariffi għad-Dħul f’Mużewijietu Siti Storiċi
Tħabbru tariffi ġodda għad-dħulfil-mużewijiet u siti storiċi li f’xi każi se jfissru roħs fuq it-tariffi eżistenti u pakketti attraenti u vantaġġjużi, filwaqt li f’każi oħra il-ħlas żdied bi ftit ħlief għad-dħul fl-Ipoġew. Għandu jingħad li uħud minn dawn it-tariffi ilhom ma jkunu riveduti minn meta twaqqfet Heritage Malta fl-2003. Fejn żdiedu t-tariffi dan sar minħabba proġetti kapitali li hemm bżonn isiru u biex jibbilanċjaw l-ispejjeż operattivi u ta’ manutensjoni biex dawn il-postijiet ikunu miftuħa fuq firxa ta’ ġranet u ħinijiet.
Fl-istess waqt li għamlet dawn il-bidliet,Heritage Malta se tkun qed toffri aċċessibilita’ akbar lill-pubbliku, fosthom li darba fis-sena l-mużewijiet ikunu miftuħa għal kulħadd bla ħlas. Barra minn dan f’ċerti okkażżjonijiet bħalma huma n-Notte Bianca, Birgu by Candlelight, Notte Gozitana u okkażjonijiet oħra, il-postijiet ikunu miftuħa bla ħlas jew b’nofs prezz u l-istess isir f’anniversarji speċjali f’mużewijiet jew siti partikolari.
Barra minn dan, biex it-tfal jitħajjru jżurul-mużewijiet, kull klassi, f’kull skola f’Malta u Għawdex se tkun tista’ tagħmel żewġ żjajjar fiis-sena b’xejn f’mużewijiet jew siti li tixtieq u f’dawk l-okkażjonijiet it-tfal jingħataw ukoll materjal edukattiv. L-Anzjani u ż-Żgħażagħ ikunu jistgħu jidħlu f’dawn il-postijiet bi prezzijiet imnaqqsa b’25% ta’ dak li normalment jitħallas għad-dħul fil-post partikolari. Tfal bejn 6 u 12-il sena jidħlu b’nofs prezz filwaqt li tfal taħt is-sitt snin jidħlu dejjem b’xejn.
Barra minnhekk, residenti Maltin u Għawdxinjistgħu jagħmlu sħubija annwali li tiswa € 35 għal adult, €27 għal anzjan/a jew żagħżugħ/a jew €60 għall-familja kollha u dan jagħtihom aċċess bla limitu għas-siti kollha ta’ Heritage Malta kull sena – ħlief fil-każ tal-Ipoġew fejn iħallsu biss nofs prezz – u jagħtihom ukoll dħul b’xejn għal avvenimenti speċjali bħalma huma re-enactments, u roħs fuq kotba u souveniers.
Hemm ukoll pakketti li jaġevolaw lil min iridiżur aktar minn sit wieħed: per eżempju l-mużewijiet u s-siti kollha tal-belt Valletta għal prezz ta’ €18 biss.
L-operaturi tal-vjaġġi se jibqalhomil-possibilta’ li jixtru żjarat fil-Ġgantija, Ħaġar Qim u l-Palazz weħidhom billi xi drabi ma jkunx possibbli li gruppi kbar ta’ nies li jkollhom ħin limitat, iżuru numru ta’ postijiet f’daqqa.

Il-prezzijiet il-ġodda huma dawn:

• Haġar Qim kien €4.66 u l-Imnajdra €4.66oħra, issa jekk iżżurhom it-tnejn flimkien tħallas €9 (tnaqqis ta’ 32 ewro ċentezmi); • il-Mużew Marittimu minn €4.66 għal €5; • id-Domus Rumana minn €5.82 għal €6; • il-Katakombi ta’ San Pawl minn €4.66 għal €5; • l-Armerija €4.66 u l-Kmamar Statali tal-Palazz €4.66 issa tista’ żżurhom it-tnejn b’€9 (tnaqqis ta’ 32 ewro ċenteżmi); • il-Mitħna ta’ Kola u t-Tempji tal-Ġgantija f’Għawdex wieħed jista’ jżurhom it-tnejn u jħallas €8 meta qabel kienu €6; • iżda f’Għawdex ukoll wieħed jista’ jżur il-Mużew tal-Arkeoloġija, il-Mużew tax-Xjenza Naturali, il-Mużew tal-Folklor u l-Ħabs l-Antik, kollha flimkien għal prezz ta’ €8 meta llum, jekk persuna żżurhom wieħed wieħed, tħallas €9.32.
• Il-Mużew tal-Arkeoloġija, il-Mużew tal-Artiu l-Mużew tal-Istorja Naturali l-ħlas għalihom sar €5 flok €2.33; • il-Mużew tal-Gwerra u t-Tempji ta’ Ħal Tarxien il-ħlas għad-dħul fihom minn €2.33 sar €6; • il-Palazz tal-Inkwiżitur minn €4.66 sar €6; • Għar Dalam u l-Mużew tiegħu minn €3.50 saru €5.
L-uniku post fejn il-prezz tad-dħul kważirdoppja hu l-Ipoġew li minn €9.32 sar €20. Ta’ min jgħid li dan hu post uniku li bħalu ma jeżisti mkien u li biex jinżamm fi stat tajjeb jenħtieġlu xogħol ta’ manutenzjoni kontinwa.
Kollox ma’ kollox dawn il-prezzijietjikkomparaw tajjeb ħafna mal-ħlasijiet biex wieħed jidħol f’attrazzjonijiet simili madwar Malta u f’ħafna każi orħos mill-ħlas għal siti storiċi u mużewijiet fuq il-kontinent.


DOI - 25.05.2009

Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA U MILL-MINISTERU GĦALL-POLITIKA SOĊJALI U L-FAMILJA   Aktar għarfien dwar is-saħħa mentali fost it-tfal

PR261985

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA U ...

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU  Il-Prim Ministru Robert Abela jippresjedi l-iffirmar ta’ tliet ftehimiet kollettivi għal madwar 1,700 ħaddiem

PR261984

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU Il-Prim Ministru Robert Abela ji...

Aktar Stqarrijiet Right arrow