IS-SEGRETARJU PARLAMENTARI GĦAŻ-ŻGĦAŻAGĦ U SPORT CLYDE PULI, JILTAQA’ MAL-ATLETI LI GAWDEW MIT-“20/20 SPORT TRAINING SCHEME”. L-ATLETI LI QED IGAWDU MINN DIN L-ISKEMA SE JKUNU QED JIRRAPREŻENTAW LIL MALTA FIL-LOGĦOB TAL-PAJJIŻI Ż-ŻGĦAR.
PR0909
25/05/2009
| L-għan tal-gvern hu dak li | jippromwovi u jassisti l-iżvilupp tal-Isport filwaqt li jinkoraġġixxi l-parteċipazzjoni fl-isport fil-livelli kollha tas-soċjetà. |
| Dan qalu s-Segretarju | Parlamentari għaż-Żgħażagħ u Sport Clyde Puli waqt li kien qed iżur l-atleti li qed igawdu mill-iskema “20/20 Sport Training Scheme”. Din l-iskema kienet imħabbra bħala proġett pilota f’Jannar li għadda u fl-ewwel xhur tagħha gawdew minnha l-atleti li jaħdmu fis-settur pubbliku u li ser jieħdu sehem fil-logħob tal-pajjiżi ż-żgħar f’Ġunju li ġej. B’kollox seba’ atleti gawdew minn din l-iskema. |
| Dawn l-atleti ingħataw sa | massimu ta’ għoxrin siegħa leave bi ħlas fil-ġimgħa biex jitħarrġu fid-dixxiplina tagħhom skont programm ta’ taħriġ professjonali ppreparat minn kowċis u għaqdiet sportivi rreġistrati mal-Kunsill Malti għall-iSport. |
| L-atleti li kkwalifikaw għal | din l-iskema huma: Joanne Camilleri (Judo), Giselle Camilleri (Atletika), Rachid Chouhal (Atletika), Mario Bonello (Atletika), Maya Podestà (Ibburdjar), Mario Mifsud (Atletika) u Antonella Chouhal (Atletika). |
| Minbarra dan il-Gvern qed | jinvesti wkoll f’William Chetcuti, it-tiratur Malti li rnexxielu jġib bosta riżultati pożittivi lejn pajjiżna. William Chetcuti li huwa wkoll impjegat tal-Kunsill Malti għall-Isport qed jingħata 40 siegħa fil-ġimgħa leave bi ħlas biex ikun jista’ jippratika l-isport tal-isparar. |
| Clyde Puli tenna li din | l-iskema hi biss parti mill-assistenza li qed jingħata il-Moviment Olimpiku Malti mill-Gvern. Matul l-2008 ingħataw total ta’ €748,000, f’assistenza finanzjarja mill-Kunsill Malti għall-Isport. Din l-għajnuna tinqasam f’€362,000 f’għajnuna finanzjarja diretta, filwaqt li €386,000 oħra għaddew lill-assoċjazzjonijiet Nazzjonali involuti fl-Isport Olimpiku. |
| Din l-għajnuna ma tinkludix | l-għajnuna finanzjarja li l-KOM jirċievi minn entitajiet oħra tal-Gvern fosthom mill-Good Causes Fund, il-Ministeru għall-Edukazzjoni, l-Awtorità Maltija għat-Turiżmu u l-AirMalta. Minbarra assistenza finanzjarja l-isport olimpiku igawdi wkoll minn għajnuna indiretta fosthom l-Ispecial Sport Leave, sussidji għall-użu ta’ faċilitajiet sportivi u inċentivi fiskali oħra mħabbra f’Lulju li għadda. Dan kollu jammonta għall-eluf ta’ ewro oħra lil’hinn mis-€748,000 mgħoddija mill-Kunsill Malti għall-Isport. |
| Clyde Puli temm billi awgura | kull suċċess lill-atleti li se jipparteċipaw f’Ċipru. Hu saħaq li jinsab konvint li l-atleti kollha se jkunu qed jagħtu l-aħjar tagħhom. |
DOI - 25.05.2009
Other Press Releases:
PR261985
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA U ...
PR261984