ŻIEDA TA’ €6,000,000 GĦAL XOGĦOL FIT-TOROQ
PR0908
25/05/2009
| Tul is-sena | 2009, il-Gvern se jkun qed jinvesti total ta’ €16-il miljun f’manutenzjoni u bini ta’ toroq ġodda. Dan wara li fil-Parlament kien deċiż li jiżdiedu €6 miljun oħra mal-budget li kien tħabbar għal din is-sena. |
| Dan ħabbruh | il-Ministru Austin Gatt u l-Ministru Tonio Fenech waqt konferenza tal-aħbarijiet fejn kien spjegat kif se jintefqu l-flus. |
| Il-Ministru | tal-Finanzi, l-Ekonomija u Investiment Tonio Fenech spjega li minbarra li se jgħinu biex ikomplu jtejbu l-kwalità tat-toroq tagħna, dan il-budget addizzjonali ta’ €6m huwa ħolqa oħra fil-ħidma tal-Gvern li qed tiffoka fuq il-garanzija tax-xogħol lill-ħaddiema Maltin u Għawdxin. |
| Il-Gvern | jemmen li parti mis-soluzzjoni quddiem il-kriżi ekonomika internazzjonali li wasslet għal tnaqqis fit-talba għal prodotti u servizzi f’pajjiżna u fil-bqija tad-dinja, hija li nkomplu nassiguraw l-investiment, kemm mill-privat kif ukoll mill-Gvern. |
| Tonio Fenech | spjega li l-investiment imħabbar illum se jfisser toroq aħjar iżda se jiggarantixxi wkoll li l-kuntratturi jkollhom aktar xogħol għal ħaddiema tagħna. Huwa spjega kif l-istrateġija kollha tal-Gvern quddiem il-kriżi ekonomika internazzjonali mxiet b’mod fejn jiġi mmirat investiment li jħalli effett pożittiv fil-qasam tax-xogħol b’mod immedjat iżda jħalli wkoll l-frott fuq medda itwal ta’ żmien. Huwa semma’ pereżempju ż-żieda fil-budget għall-marketing ta’ pajjiżna, l-għajnuna għall-intrapriżi fil-bżonn kif ukoll l-iskemi għat-titjib u t-tkabbir ta’ ristoranti u l-lukandi. |
| Austin Gatt, | Ministru għall-Infrastruttura, Trasport u Kommunikazzjoni ħabbar b’dawn is-sittax-il miljun ewro se jintefqu fi 33 triq b’hot asphalt – 9 link roads u 24 triq arterjali, il-bini ta’ 33 triq ġdida u resurfacing ta’ 12-il triq f’Buġibba. |
| Barra dawn is-sittax-il | miljun ewro, pajjiżna qed jibbenefika mill-fondi Ewropej kemm dawk imsejħa bħala ERDF kif ukoll Ten-T. |
| Il-Ministru Gatt spjega li | x-xogħol ta’ bini mill-ġdid ta’ toroq ifisser li t-toroq isiru mill-pedamenti. Hawnhekk ġab eżempju bil-bypass ta’ M’Scala li bħalissa qed isir ix-xogħol fiha. Meta beda x-xogħol irriżulta li din it-triq, li kienet saret aktar minn 20 sena ilu, kienet inbniet kollha kemm hi fuq il-ħamrija, bir-riżultat ikun li llum qed tikkollassa kollha. |
| Il-Ministru Austin Gatt kompla | jgħid li ħafna mix-xogħol fil-link roads suppost hu xogħol li jsir mill-Kunsilli Lokali iżda l-ispejjeż huma kbar u għalhekk daħal għalihom il-Gvern. |
DOI - 25.05.2009
Stqarrijiet Oħra:
PR261985
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA U ...
PR261984