41 Lokalita’ jibbenefikaw minn Skema ta’ Fondi għall-Enerġija
PR0907
25/05/2009
| 41 Kunsill Lokali qed igawdu minn għajnuna | finanzjarja taħt Skema ta’ Fondi għal użu iktar effiċjenti ta’ enerġija, li ħareġ is-Segretarjat Parlamentari għall-Konsultazzjoni Pubblika u Informazzjoni, b’ammont li jilħaq €180,000. |
| Is-Segretarju Parlamentari għall-Konsultazzjoni | Pubblika u Informazzjoni, l-Onor. Chris Said, sostna l-importanza li r-residenti jgħixu f’ambjent aħjar, b’sensittività akbar lejn dak li hu ta’ ġid għall-ambjent ta’ madwarna u għas-saħħa tagħna, biex nilħqu l-miri ta’ lokalitajiet sostenibbli. |
| Chris Said kompla jgħid li din l-iskema qed | tgħin biex jisaħħaħ il-proċess ta’ tiġdid billi l-Gvern qed jinkoraġixxi lill-Kunsilli Lokali biex jaqdu funzjoni speċifika li jħarsu l-ambjent tal-lokalità, kemm rurali kif ukoll dak urban. Għal dan il-għan, il-Kunsilli Lokali qegħdin jingħataw l-għajnuna meħtieġa għal dawk l-inizjattivi li jikkontribwixxu għall-użu aktar effiċjenti ta’ enerġija. |
| Il-proġetti magħżula jittrattaw inizjattivi għal | teknoloġiji li jużaw sorsi rinovabbli tal-enerġija u proġetti li jikkontribwixxu għat-tnaqqis ta’ konsum fl-enerġija. |
| Il-41 lokalità li ser jieħdu l-fondi jinkludi | konsorzju ta’ 15-il Kunsill Lokali f’Malta u Għawdex li jinkorpora fih lil Floriana, Għajnsielem, Għargħur, Kerċem, Mġarr, Mellieħa, Mosta, Mtarfa, Nadur, Naxxar, Qala, Rabat (Għawdex), Sannat, Xagħra u Żebbuġ (Għawdex). |
| Din l-iskema hi waħda minn total ta’ 10 Skemi | għall-Kunsilli Lokali li s-Segretarjat Parlamentari għall-Konsultazzjoni Pubblika u Informazzjoni nieda f’dawn l-aħħar 5 xhur. Dawn jinkludu skemi għal attivitajiet kulturali, għal inizjattivi sportivi u għal lokalitajiet sostenibbli. |
| Is-Segretarju Parlamentari kkonkluda billi | għamel referenza għall-pubblikazzjoni informattiva “L-Enerġija hija riżorsa prezzjuża”, li ħareġ il-Gvern u li qed titqassam f’kull dar. Din il-pubblikazzjoni għandha tlett għanijiet prinċipali: |
· li l-Gvern jippromwovi x-xogħol li qed jagħmel f’dan is-settur importanti,
· li jinforma lill-pubbliku dwar kif jista’ jaċċessa l-informazzjoni u jsir jaf dwar il-benefiċċji tas-settur tal-enerġija,
· kif ukoll biex jiġi nkoraġġut ħsieb ħolistiku dwar dan is-settur, billi jikkombina l-inizjattivi tal-Ministeri u s-Segretarjati Parlamentari nvoluti.
DOI - 25.05.2009
Stqarrijiet Oħra:
PR261985
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA U ...
PR261984