Left arrow Go Back

41 Lokalita’ jibbenefikaw minn Skema ta’ Fondi għall-Enerġija

PR0907
Date Icon 25/05/2009
41 Kunsill Lokali qed igawdu minn għajnunafinanzjarja taħt Skema ta’ Fondi għal użu iktar effiċjenti ta’ enerġija, li ħareġ is-Segretarjat Parlamentari għall-Konsultazzjoni Pubblika u Informazzjoni, b’ammont li jilħaq €180,000.
Is-Segretarju Parlamentari għall-KonsultazzjoniPubblika u Informazzjoni, l-Onor. Chris Said, sostna l-importanza li r-residenti jgħixu f’ambjent aħjar, b’sensittività akbar lejn dak li hu ta’ ġid għall-ambjent ta’ madwarna u għas-saħħa tagħna, biex nilħqu l-miri ta’ lokalitajiet sostenibbli.
Chris Said kompla jgħid li din l-iskema qedtgħin biex jisaħħaħ il-proċess ta’ tiġdid billi l-Gvern qed jinkoraġixxi lill-Kunsilli Lokali biex jaqdu funzjoni speċifika li jħarsu l-ambjent tal-lokalità, kemm rurali kif ukoll dak urban.  Għal dan il-għan, il-Kunsilli Lokali qegħdin jingħataw l-għajnuna meħtieġa għal dawk l-inizjattivi li jikkontribwixxu għall-użu aktar effiċjenti ta’ enerġija.
Il-proġetti magħżula jittrattaw inizjattivi għalteknoloġiji li jużaw sorsi rinovabbli tal-enerġija u proġetti li jikkontribwixxu għat-tnaqqis ta’ konsum fl-enerġija.
Il-41 lokalità li ser jieħdu l-fondi jinkludikonsorzju ta’ 15-il Kunsill Lokali f’Malta u Għawdex li jinkorpora fih lil Floriana, Għajnsielem, Għargħur, Kerċem, Mġarr, Mellieħa, Mosta, Mtarfa, Nadur, Naxxar, Qala, Rabat (Għawdex), Sannat, Xagħra u Żebbuġ (Għawdex).
Din l-iskema hi waħda minn total ta’ 10 Skemigħall-Kunsilli Lokali li s-Segretarjat Parlamentari għall-Konsultazzjoni Pubblika u Informazzjoni nieda f’dawn l-aħħar 5 xhur. Dawn jinkludu skemi għal attivitajiet kulturali, għal inizjattivi sportivi u għal lokalitajiet sostenibbli.
Is-Segretarju Parlamentari kkonkluda billigħamel referenza għall-pubblikazzjoni informattiva “L-Enerġija hija riżorsa prezzjuża”, li ħareġ il-Gvern u li qed titqassam f’kull dar. Din il-pubblikazzjoni għandha tlett għanijiet prinċipali:

·        li l-Gvern jippromwovi x-xogħol li qed jagħmel f’dan is-settur importanti,

·        li jinforma lill-pubbliku dwar kif jista’ jaċċessa l-informazzjoni u jsir jaf dwar il-benefiċċji tas-settur tal-enerġija,

·        kif ukoll biex jiġi nkoraġġut ħsieb ħolistiku dwar dan is-settur, billi jikkombina l-inizjattivi tal-Ministeri u s-Segretarjati Parlamentari nvoluti.


DOI - 25.05.2009

Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA U MILL-MINISTERU GĦALL-POLITIKA SOĊJALI U L-FAMILJA   Aktar għarfien dwar is-saħħa mentali fost it-tfal

PR261985

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA U ...

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU  Il-Prim Ministru Robert Abela jippresjedi l-iffirmar ta’ tliet ftehimiet kollettivi għal madwar 1,700 ħaddiem

PR261984

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU Il-Prim Ministru Robert Abela ji...

More Press Releases Right arrow