AVVIŻ MILL-KUMMISSJONI ELETTORALI ELEZZJONI GĦALL-MEMBRI PARLAMENTARI EWROPEJ U ELEZZJONIJIET GĦALL-KUNSILLI LOKALI 6 TA’ ĠUNJU 2009
Assistenti Kummissjonarji Elettorali
| Il-Kummissjoni Elettorali | tgħarraf lil dawk il-persuni li ġew maħtura bħala Assistenti Kummissjonarji Elettorali, Riservi u Polling Place Officers għall-elezzjonijiet tal-Membri Parlamentari Ewropej u tal-Kunsilli Lokali li huma għandhom jattendu għall-‘briefing’ f’Dar il-Mediterran għall-Konferenzi, il-Belt Valletta jew fl-Iskola Ninu Cremona Boys’ Complex, ir-Rabat, Għawdex, skont kif indikat fl-iskeda li tinsab ma’ dan l-Avviż. |
| L-Assistenti Kummissjonarji , | Riservi u Polling Place Officers li ġew magħżula u li kellhom isimhom ippubblikat fil-Gazzetta tal-Gvern ta’ nhar il-Ġimgħa 15 ta’ Mejju, 2009, huma mfakkra li skond il-ligi elettorali huma IKUNU JISTGĦU JIVVOTAW BISS nhar il-Ġimgħa, l-5 ta’ Ġunju, 2009, fil-Kumpless għall-għadd tal-voti, n-Naxxar, anke jekk jirtiraw mill-kariga. |
| L-Assistenti Kummissjonarji | Elettorali, Riservi u Polling Place Officers huma mitluba sabiex jattendu fil-ġurnata u l-ħin kif specifikat għalihom sabiex ikunu jistgħu jieħdu direttivi mill-Kummissjoni Elettorali u jagħmlu xi mistoqsijiet li jista’ jkollhom. |
| L-Assistenti Kummissjonarji | Elettorali, Riservi u Polling Place Officers għandhom iġibu magħhom il-ktejjeb tal-istruzzjonijiet flimkien mal-materjal li ntbagħtilhom mill-Kummissjoni Elettorali. Dawn l-uffiċjali huma avżati li għandhom jiffamiljarizzaw rwieħom sewwa mal-istruzzjonijiet tal-ktejjeb imsemmi. |
| ‘BRIEFING’ | POST | DATA U ĦIN |
Assistenti Kummissjonarji Elettorali u Riservi li joqgħodu Għawdex | Junior Lyceum | It-Tlieta |
Assistenti Kummissjonarji Elettorali li ser iservu: Pieta’, Bormla, Żabbar, Kalkara, Xgħajra, Fgura, Marsaskala, Gudja, Għaxaq, Tarxien, Mġarr, Mtarfa u Rabat Riservi A - L | Dar il-Mediterran għall-Konferenzi, Valletta | L-Erbgħa 27 ta’ Mejju 2009 fil-5.30 p.m. |
Assistenti Kummissjonarji Elettorali li ser iservu: Birkirkara, Lija, Msida, San Ġwann, Sliema, Mdina u Naxxar Kmamar numri bi 800 u Riservi M - Z | Dar il-Mediterran għall-Konferenzi, Valletta | Il-Ħamis 28 ta’ Mejju 2009 fil-5.30 p.m. |
| Assistenti Kummissjonjarji Elettorali li ser iservu: Valletta, Floriana, Ħamrun, Marsa, Santa Venera, Birgu, Isla, Żejtun, Paola, Santa Luċija, Birżebbuġa, Kirkop, Marsaxlokk, Mqabba, Qrendi, Safi, Żurrieq u Qormi | Dar il-Mediterran | Il-Ġimgħa 29 ta’ Mejju 2009 fil-5.30 p.m. |
| Assistenti Kummissjonarji Elettorali li ser iservu: Siġġiewi, Luqa + 601, Żebbuġ, Dingli, Iklin, Għargħur, Swieqi, Ta’ Xbiex, Gżira, Pembroke, San Ġiljan, Attard, Balzan, Mosta, Mellieħa u San Pawl il-Baħar Kmamar numri b’700 | Dar il-Mediterran | Is-Sibt 30 ta’ Mejju 2009 fl-10.00 a.m |
Polling Place Officers (Malta) | Dar il-Mediterran għall-Konferenzi, | L-Erbgħa, 3 ta’ Ġunju 2009 fil-5.30 p.m. |
Polling Place Officers (Għawdex) | Uffiċċju tal-Karta | Il-Ħamis 4 ta’ Ġunju 2009 fis-2.30 p.m. |
DOI - 25.05.2009
Other Press Releases:
PR261985
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA U ...
PR261984