TAGĦRIF DWAR IT-TOMATO LEAFMINER (TUTA ABSOLUTA)
| It-Tomato Leafminer (Tuta absoluta), huwa | organiżmu ta’ periklu li beda jinfirex fi żminijiet riċenti. Ġie interċettat f’pajjiżi bħal Spanja (fl-2006), fl-Italja, fl-Olanda, Franza u Tuneż. |
| Ġie rrapurtat għall-ewwel darba f’Malta, f’April | 2009. Is-sitwazzjoni u l-firxa ta’ din il-baħrija żgħira f’Malta qed tiġi studjata mid-Dipartiment għas-Saħħa tal-Pjanti, peress li dan l-insett qatt ma kien interċettat jew irrapurtat qabel. |
Pjanti fuq xiex jgħix
It-Tuta absoluta hija baħrija rqiqa li ttaqqab l-pjanta, għandha preferenza qawwija għat-tadam, iżda tista’ tattakka ukoll il-patata, pepino u pjanti oħra fil-familja Solanacea.
Bijoloġija
It-Tuta absoluta tirriproduċi b’rata mgħaġġla ħafna. Baħrija waħda kapaċi tbid sa 260 bajda tul ħajjitha, li jiġu depożitati fuq il-partijiet kollha tal-pjanta l-fuq mill-art. Il-larva jgħix billi jħaffer fil-weraq, fiz-zokk jew anke fil-frott, imma normalment joħroġ mill-mini biex jagħmel il-pupa. Il-proċess li jifforma l-pupa jista’ jseħħ ġol-ħamrija kif ukoll fuq il-wiċċ tal-werqa, ġo werqa mibruma jew ġo mina. L-insetti huma attivi bil-lejl u jistaħbew bejn il-weraq matul il-jum.
Kif jintagħraf
L-insett hu ta’ lewn griż fil-kannella, bejn wieħed u ieħor 6mm fid-daqs u l-fetħa tal-ġwienaħ hi ta’ 10mm. Meta l-larvae jimmaturaw, il-kulur tagħhom isir isfar ħadrani, u wara rashom tifforma dawra sewda (fig 1). Larva matur ikollu daqs ta’ 9mm, u fuq dahru jkollu lewn roża.
(Sors: M. van der Straten, National Reference Laboratory, Plant Protection Service, The Netherlands, April 2009)
Ħsara u sintomi
Kull parti tal-pjanta li tinstab l-fuq mill-art, f’kull fażi tal-iżvilupp tista’ tiġi infestata mit-Tuta absoluta. Taħt kundizzjonijiet ta’ serra l-iżvilupp kontinwu tiegħu jirriżulta fl-istadji kollha tat-Tuta absoluta, fl-istaġun tat-tkabbir kollu. Il-larvae jippreferu l-weraq u z-zkuk, imma jistgħu jinstabu wkoll ġol-frotta nnifisha; ta’spiss jinstabu munzelli żgħar ta’ ħmieġ ħdejn it-toqba minn fejn jidħlu (fig 2). L-iktar sintomu distintiv tal-preżenza ta’ dan l-ispeċi huma mini fil-weraq fejn jinstabu l-larvae u ħmieġ skur (fig 3). Dannu fil-frotta jagħti lok għal mard, li jikkawża t-tmermir tal-frotta.
(Sors: M. van der Straten, National Reference Laboratory, Plant Protection Service, The Netherlands, April 2009)
| (Sors: M. van | der Straten, National Reference Laboratory, Plant Protection Service, The Netherlands, April 2009) |
| Introduzzjoni tal-insett u | miżuri għall-kontroll |
| Pjanti impurtati għat-tħawwil, u frott tat-tadam | huma kkunsidrati bħala mogħdijiet ta’ introduzzjoni. Tuberi tal-patata mhumiex normalment attakkati u allura mhumiex ikkunsidrati bħala sors ta’ introduzzjoni. Frott tat-tadam jista’ jġorr kull stadju ta’ dan l-organiżmu. Bl-istess mod, pjanti għat-tħawwil tat-tadam jistgħu jġorru kull stadju ta’ dan l-insett fil-weraq u z-zkuk. |
| Il-larvae jistgħu jgħixu fuq kull parti | tal-pjanta tat-tadam u tista’ tagħmel ħsara f’kull stadju ta’ tkabbir. Kontroll kimiku huwa l-kontroll prinċipali kontra t-Tuta absoluta, iżda kontroll effettiv huwa diffiċli jinkiseb, dan għaliex il-larvae jieklu minn ġewwa għaldaqstant huma iktar protetti. Barra minn hekk, kontroll ta’ dan l-insett sar iktar u iktar diffiċli minħabba r-reżistenza tiegħu għall-bexx. |
| Bosta sustanzi attivi huma effettivi u jistgħu | jintużaw. Fejn jidħol kontoll kimiku, hemm bżonn ta’ bosta trattamenti għal kull staġun ta’ tkabbir. Ta’ min wieħed jinnota li ġie osservat tnaqqis ta’ effett fil-prodotti użati kontra t-Tuta absoluta fuq il-pjanti tat-tadam sa mill-1980. |
| Dawn is-sustanzi huma magħrufa li huma effettivi | kontra dan l-insett: |
| Indoxacarb, | Lufenuron, Spinosad, Thiacloprid, Bacillus thuringiensis |
| L-użu ta’ | pheromone traps huwa metodu li wieħed jista’ juza biex josserva f’mument opportun il-preżenza ta’ baħrijiet adulti (maskili) ta’ Tuta absoluta. |
| Metodi oħra ta’ | kontroll jinkludu prattiċi kulturali bħal, rotazzjoni ma’ pjanti li ma jkunux fil-familja Solanacea (newba), il-ħamrija tinħarat b’mod adegwat, u tisqija. Huwa importanti ferm illi l-pjanti infestati u x-xitel li jinqala’ wara li jinqata’ l-frott jinqered billi jinħaraq. |
| Id-Dipartiment għas-Saħħa tal-Pjanti qed jagħmel | stħarriġ sabiex jevalwa l-firxa lokali ta’ dan l-insett. Dan hu essenzjali għall-kontroll aħjar ta’ dan l-insett. |
| Id-Dipartiment | għas-Saħħa tal-Pjanti ħejja linji gwida dwar il-kontroll ta’ Tuta absoluta, dawn ir-regolamenti jistgħu jinkisbu mis-sit elettroniku tad- Dipartiment għas-Saħħa tal-Pjanti. |
| Id-Dipartiment | qiegħed jorganizza laqgħa ta’ informazzjoni dwar dan l-insett, li qed tiġi indirizzata lil dawk kollha involuti fit-tkabbir tat-tadam. Dan sabiex kull min hu involut f’dan is-settur ikun iktar informat dwar dan l-insett, bil-għan li jiġi kkontrollat aħjar. Din il-laqgħa ser issir nhar il-Ġimgħa 29 ta Mejju fis-sebgħa ta’ fil-għaxija fis-sala tal-FCCS, Ta’ Qali. |
| Id-Dipartiment | għas-Saħħa tal-Pjanti qed iħeġġeġ lill-pubbliku speċjalment dawk il-persuni involuti fit-tkabbir tat-tadam, biex javża immedjatament lid- Dipartiment dwar il-preżenza ta’ dan l-insett, jew xi sintomi tiegħu, li jinkludu mini fil-weraq jew zkuk, u toqob fil-frott. Din l-informazzjoni tista’ tgħin aħjar lid-Dipartiment għas-Saħħa tal-Pjanti, fil-valutazzjoni tat-tixrid u s-sitwazzjoni ta’ dan l-insett. |
Għal iktar informazzjoni, wieħed għandu jċempel lid-Dipartiment għas-Saħħa tal-Pjanti fuq freephone 80072310 jew iżur is-sit elettroniku www.planthealth.gov.mt
DOI – 25.05.2009
Stqarrijiet Oħra:
PR261985
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA U ...
PR261984