Left arrow Mur Lura

Lejlet Lapsi, Notte Gozitana toqrob lejn tmiem ta’ suċċess

PR0904
Date Icon 24/05/2009
Il-Prim Ministru Lawrence Gonzi flimkienmas-Sinjura tiegħu, is-Sibt filgħaxija zaru Għawdex biex japprezzaw ftit mill-attivitajiet li ttellgħu bħala parti minn Lejlet Lapsi, Notte Gozitana.
L-ewwel waqfa tagħhom kienet fil-Ministeru għalGħawdex fir-Rabat, fejn intlaqgħu mill-Ministru għal Għawdex Giovanna Debono. Hemmhekk huma raw il-wirja Treasures of Gozo at the National Library of Malta.
Tul it-triq raw diversi wirjiet, fosthom diktal-iskultur Joe Xuereb, il-wirja ta’ ritratti ‘San Lawrenz 24/7’, xogħol tal-fotografu artist Luc Arden, u l-wirja ta’ buzzetti mill-Kollezzjoni Nazzjonali tal-pittura.
Is-Sinjura Debono, f’kelmtejn li għamletfiċ-Ċittadella, irringrazzjat lil dawk kollha li ħadu inizjattivi biex kabbru l-attività Lejlet Lapsi, Notte Gozitana, fosthom il-kumitat organizzattiv li ħadem bis-sħiħ għas-suċċess tagħha, lid-diretturi ta’ taqsimiet diversi tal-Ministeru, u lil ghexieren ta’ voluntiera li flimkien għamlu l-attività waħda tassew memorabbli.
Qabel reġgħu lura lejn Malta, il-Prim Ministru us-Sinjura Gonzi, flimkien mal-Ministru Debono u żewġha, attendew għall-wirja tal-logħob tan-nar tal-art li saret f’Misraħ Santu Wistin.
Il-Ħadd, l-attrazzjonijiet prinċipali kienu l-kantkorali f’quddies li saru f’numru ta’ knejjes u kappelli fir-Rabat, u parata mill-Banda tal-Forzi Armati ta’ Malta, id-Dazzling and Glittering Dance Ensemble, l-iScout Group tax-Xagħra, il-karozzini u l-iSbandieratori della Contrada della Cerva of Venice.
Attivitajiet oħra nkludew il-Fiera Annwali tar-Rebbiegħafil-Kumpless tal-Liċeo Ninu Cremona u l-Gozo Motor Show fil-ġonna ta’ Villa Rundle.

DOI - 24.05.2009

Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA U MILL-MINISTERU GĦALL-POLITIKA SOĊJALI U L-FAMILJA   Aktar għarfien dwar is-saħħa mentali fost it-tfal

PR261985

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA U ...

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU  Il-Prim Ministru Robert Abela jippresjedi l-iffirmar ta’ tliet ftehimiet kollettivi għal madwar 1,700 ħaddiem

PR261984

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU Il-Prim Ministru Robert Abela ji...

Aktar Stqarrijiet Right arrow