Atmosfera rilassanti waqt Lejlet Lapsi, Notte Gozitana
PR0901
23/05/2009
| Bosta nies ħonqu | t-Terminus tal-Karozzi tal-Linja fir-Rabat u Misraħ San Franġisk, il-Ġimgħa filgħaxija, għall-ewwel lejla minn tnejn, mimlija b’attivitajiet mill-aqwa marbuta ma’ Lejlet Lapsi, Notte Gozitana. Il-professjonaliżmu fl-aqwa tiegħu kien evidenti f’‘Silver Filigree’ – the 25th Anniversary Yada Show, spettaklu ta’ żfin u mużika, waqt li r-Rock and Retro Festival, ġibed lejh ukoll udjenza kbira b’gosti differenti. |
| Dawk miġbura | fit-Terminus tal-Karozzi tal-Linja semgħu suċċessi tal-U2 Band, issapportjata minn Traffic Daze, Miriam Christine and Band, The Mojos, The Imagery, Metrokueen u Inner Grey. |
| Il-programm tal-lum | offra fuq il-palk ewlieni f’Misraħ San Franġisk l-ispettaklu ‘Once Upon a Time’ li hu mibni minn siltiet popolari minn musicals għat-tfal. Dan ittella’ mill-Gozo College, taħt direzzjoni ta’ Angie Bonello. Numru ta’ gruppi folk tellgħu wirjiet fit-toroq tar-Rabat u taċ-Ċittadella, waqt li l-iSbandieratori della Contrada della Cerva ta’ Venezja offrew wirjiet mill-aqwa. Għadd ta’ attivitajiet oħra li saru komplew jgħinu biex Għawdex ġie mibdul fi gżira mimlija attività. |
| L-Arti, il-kultura u | l-mużika se jkunu f’tgħannieqa meta l-lejla l-palkijiet ewlenin u nħawi oħra jerġgħu jieħdu l-ħajja permezz ta’ aktar spettakli, fejn l-attivitajiet jibqgħu għaddejjin sas-sigħat bikrin ta’ filgħodu permezz taċ-Chill Out Stage f’Misraħ San Ġorġ u l-Festival taż-Żfin fit-Terminus tal-Karozzi tal-Linja tar-Rabat. |
DOI - 23.05.09
Other Press Releases:
PR261985
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA U ...
PR261984