Left arrow Go Back

JITLESTA X-XOGHOL F' MISRAH IL-PARROCCA FIR-RABAT

PR0898
Date Icon 23/05/2009
Is-Segretarju Parlamentari ghall-KonsultazzjoniPubblika u Informazzjoni Chris Said ippreseda cerimonja li matulha gie inawgurat ix-xoghol ta' tisbih li sar mill-Kunsill Lokali tar-Rabat Malta fil-pjazza ta' quddiem il-Knisja Parrokkjali ta' San Pawl.
Ix-xoghol ta' tisbih kien jikkonsisti f'pavimentar gdid, culverts ghall-ilma, sistema gdida ta' dwal, tpoggija ta' ghamara u xogholijiet ohra konnessi.  Tnehha l-parkegg mill-pjazza u gie ristrett it-traffiku fl-istess pjazza.  B' hekk issa aktar minn 1800 metru kwadru f’din il-pjazza huma zoni pedonali.
Fid-diskors tal-okkazjoni s-SegretarjuParlamentari fahhar ix-xoghol li sar mill-Kunsill Lokali tar-Rabat u qal li din hija d-direzzjoni li qed jaghti l-Gvern lill-Kunsilli Lokali sabiex nilhqu l-kuncett ta' lokalitajiet sostenibbli.  Il-Kunsilli ghandhom ikunu ambizzjuzi u kuragguzi u ma jiddejqux jaghtu lura c-centri storici tal-lokalita' taghhom lir-residenti.  Dan iwassal biex izid l-ispazji bla vetturi kif ukoll biex jissahhah il-kummerc f' dawn ic-centri.
Dr Said fisser kif xoghlijiet bhal dawn humaf'sinergija mat-tigdid tal-Kunsilli Lokali li bhalissa l-Gvern ghaddej bil-process tieghu.  Infatti matul din il-gimgha l-emendi ghall-att tal-Kunsilli Lokali ser ikunu qed jigu diskussi fl-istadju tat-tieni qari fil-Parlament.
F' din s-serata tal-inawgurazzjoni nqrat siltamill-ktieb ‘Fuq l-Ghajn ta' San Bastjan’ ta' Kilin, inqraw poeziji ta' Daniel Micallef u allegrat lil dawk prezenti l-kantanta Rabtija Debbie Scerri.

DOI – 23.05.2009 

Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA U MILL-MINISTERU GĦALL-POLITIKA SOĊJALI U L-FAMILJA   Aktar għarfien dwar is-saħħa mentali fost it-tfal

PR261985

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA U ...

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU  Il-Prim Ministru Robert Abela jippresjedi l-iffirmar ta’ tliet ftehimiet kollettivi għal madwar 1,700 ħaddiem

PR261984

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU Il-Prim Ministru Robert Abela ji...

More Press Releases Right arrow