Left arrow Mur Lura

FIL-QASAM TAL-AMBJENT, IL-GVERN QED IMEXXI BL-EŻEMPJU

PR0897
Date Icon 22/05/2009
“Sabiex aktar mis-settur privat u mill-pubbliku Malti u Għawdxijagħmlu bidla fil-mod kif iħarsu lejn l-ambjent u lejn l-enerġija, jeħtieġ li l-Gvern ikompli jmexxi bl-eżempju.”
Dan qalu l-Onor. George Pullicino, Ministrugħar-Riżorsi u l-Affarijiet Rurali, waqt li kien qed jindirizza lill-Green Leaders flimkien ma’ Dr Chris Said, Segretarju Parlamentari għad-Djalogu Pubbliku u Informazzjoni, fl-Iskola Sekondarja tas-Subien tal-Kulleġġ Sant’Injazju, il-Ħandaq.
Permezz tal-green leaders li ġew maħturafil-Ministeri, fid-dipartimenti u fl-entitajiet differenti, il-Gvern qed isib mezzi ġodda u innovattivi ta’ kif jagħmel użu aħjar mill-enerġija u ta’ kif jista’ jrawwem kuxjenza ambjentali. Kull green leader jinsab impenjat li jimplimenta inizjattiva ambjentali fix-xahar, u permezz ta’ laqgħat regolari bejniethom, il-green leaders jistgħu jaqsmu l-ideat u l-best practice.
Huwa u jindirizza lill-green leaders, Dr Saidsaħaq fuq il-bżonn li l-inizjattivi li jittieħdu jkunu adattati għall-entitajiet jew dipartimenti partikolari li jimplimentawhom. Huwa għamel referenza għall-miżura li ħadet l-Istamperija tal-Gvern fejn ħarġet tender sabiex jinxtraw 35 tunnellata metrika ta’ karta reċiklata biex b’hekk il-Gazzetta tal-Gvern issa qed tiġi stampata fuq karta li hi 100% reċiklata.
Tul il-laqgħa, il-Ministru Pullicino u s-SegretarjuParlamentari Chris Said kellhom l-opportunità li jaraw il-miżuri favur l-enerġija li ħadet l-iskola sekondarja tas-subien tal-Kulleġġ Sant’Ignazju. Fost id-diversi inizjattivi li wrihom Carmel Micallef, Surmast tal-Iskola, insibu sistema li turi d-dawl b’mod naturali magħrufa bħala Sun Pipes. Permezz ta’ tubu installat direttament mis-saqaf id-dawl tax-xemx jgħaddi biex idawwal il-kurituri ta’ dan il-kulleġġ.
“Huma b’dawn il-miżuri,” qal Dr Said, “li l-Gvernjista’ verament imexxi bl-eżempju. Dan huwa speċjalment importanti fid-dawl tal-ktejjeb li qiegħed jintbagħat fid-djar tan-nies intitolat “l-enerġija hija riżorsa prezzjuża” li jitratta x-xogħol li qed isir mill-Gvern fil-qasam tal-enerġija, u l-inizjattivi li jistgħu jibbenefikaw minnhom il-pubbliku u s-settur privat.”
Huwa u jikkonkludi l-laqgħa, il-MinistruPullicino rringrazzja lill-Koordinatrici tal-Green Leaders Carla Farrugia tax-xogħol indispensabbli li qed twettaq biex tgħaqqad il-miżuri u l-inizjattivi differenti biex il-Gvern verament imexxi bl-eżempju.

DOI – 22.05.2009 

Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA U MILL-MINISTERU GĦALL-POLITIKA SOĊJALI U L-FAMILJA   Aktar għarfien dwar is-saħħa mentali fost it-tfal

PR261985

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA U ...

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU  Il-Prim Ministru Robert Abela jippresjedi l-iffirmar ta’ tliet ftehimiet kollettivi għal madwar 1,700 ħaddiem

PR261984

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU Il-Prim Ministru Robert Abela ji...

Aktar Stqarrijiet Right arrow